Left arrow Mur Lura

Hidma tad-Direttorat tal-Portijiet ta' l-Awtorita' Marittima waqt l-azzjonijiet tal-GWU

PR1290
Date Icon 21/08/1999

Id-Direttorat tal-Portijiet kompla jahdem biex jipprovdi servizzi lill-vapuri li jridu jidhlu jew johorgu mill-portijiet Maltin waqt l-azzjonijiet industrijali tal-General Workers' Union.

L-azzjoni li l-General Workers' Union bdiet nhar il-Gimgha 13 ta' Awissu 1999 rigward il-kwistjoni tal-Kalaxlokk intiza biex twaqqaf il-provvista ta' fuel lill-Enemalta, il-bierah il-Gimgha, 20 ta' Awissu 1999 wara nofsinhar, infirxet ukoll fuq il-vapuri kollha dehlin u hergin mill-portijiet Maltin. Filghodu t-tanker BREZZA b'taghbija ta' aviation fuel ghall-Enemalta dahal fil-port ta' Marsaxlokk bl-assistenza ta' membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Civili. BREZZA (tul 119-il metru) kellu taghbija ta' 6,000 mts Jet A1 (aviation fuel) u trakka ma' l-istallazzjoni ta' l-Enemalta, ‘31 ta' Marzu', madwar nofsinhar tal-bierah.

Fis-saghtejn u nofs tal-bierah (il-Gimgha) wara nofsinhar il-GWU tat avviz li tista tiehu azzjonijiet fit-taqsimiet kollha tal-port. Fil-hamsa neqsin kwart, il-GWU ordnat lill-piloti u lit-tug boats sabiex ma jahdmux fuq il-vapuri kollha. L-azzjoni li ordnat il-GWU kienet intiza li tolqot il-vapuri kollha dehlin u hergin mill-portijiet.

Matul l-azzjoni estiza fil-portijiet, fil-Port il-Kbir kien hemm erba' vapuri li kienu qed jistennew biex jitilqu – GARNATA, ISLAND SEAWAY, ZEBBUG u MALTA EXPRESS. MALTA EXPRESS hareg mill-port madwar nofsillejl ta' bejn il-Gimgha u s-Sibt.

Fil-Port ta' Marsaxlokk kien hemm sitt vapuri lesti biex jitilqu, u vapur lest biex jidhol. Il-vapuri li kienu lesti biex johorgu kienu ATLANTIC ISLAND, VILLE DE DUBAI, VILLE DE SHANGAI, HOUSTON, DORIA u VIVIAN A.

Saru arrangamenti biex VIVIAN A (tul 122 metru) johrog mill-port fid-disgha u kwart ta' filghaxija. Warajha hareg DORIA (tul 148 metru) fid-disgha u nofs ta' filghaxija bl-ghajnuna tal-pilota awtorizzat. HOUSTON (tul 243 metru) hareg fl-ghaxra u ghoxrin ta' filghaxija akkumpanjat mill-pilota awtorizzat u minn tug boat tat-Tug Malta.

VILLE DE VIRGO (tul 250 metru) dahal fit-Terminal tal-Freeport fil-Port ta' Marsaxlokk bl-ghajnuna tal-pilota awtorizzat u t-tug boat tat-Tug Malta. Dan il-vapur dahal fil-hdax u ghoxrin ta' filghaxija.

L-estensjoni ta' l-azzjoni tal-GWU fuq il-vapuri kollha dehlin u hergin mill-portijiet Maltin intemmet ghall-habta tat-tmienja ta' dalghodu (is-Sibt) ghalkemm kompliet l-azzjoni kontra bastimenti li jridu jaqdu lill-Enemalta. Il-vapuri ISLAND SEAWAY u Z-ZEBBUG hargu mill-Port il-Kbir ghall-habta tal-kwarta ta' wara nofsinhar tal-lum. Il-vapur GARNATA mistenni johrog llum wara nofsinhar.

Il-bastimenti li kienu mistennija jidhlu fil-Port il-Kbir dahlu minghajr xkiel. NEPTUNE CARRIER dahal Xatt il-Laboratorju, PITTSBURG dahal it-Tarzna, il-cruise liner TOPAZ dahal ix-Xatt ta' Pinto, ARISTAIOS dahal Xatt il-Laboratorju u t-tanker VENOM mistenni jidhol il-Menqa tal-Marsa fil-hin skedat.

Fil-Port ta' Marsaxlokk, it-tanker BREZZA telaq ghall-habta tas-siegha ta' wara nofsinhar tal-lum. It-tanker ENTELLA bi fuel ghall-Enemalta dahal ma' l-istallazzjoni ta' l-Enemalta ‘31 ta' Marzu' fil-Port ta' Marsaxlokk ghall-habta tas-saghtejn u kwart ta' wara nofsinhar.

Fis-saghtejn u ghoxrin, il-GWU avzat lid-Direttur tal-Portijiet li b'effett immedjat kienet qed tissospendi l-azzjonijiet kollha li kienet ordnat kontra l-Enemalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow