Left arrow Go Back

Azzjonijiet irresponsabbli tal-General Workers' Union

PR1287
Date Icon 20/08/1999

Illum il-General Workers' Union kompliet bl-azzjonijiet industrijali tagħha bl-aktar mod irresponsabbli.

L-azzjonijiet tal-Union jirrigwardjaw żew' kwistjonijiet separati – kwistjoni rigward il-Kalaxlokk, u kwistjoni rigward l-għarfien tal-union fil Malta International Airport.

Fil-każ tal-kwistjoni tal-Kalaxlokk tanker b'tagħbija ta' aviation fuel kellu jidħol fil-port ta' Marsaxlokk bl-assistenza ta' membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili. L-operazzjoni tad-dħul fil-port saret mingħajr diffikultajiet u issa qed isir il-ħatt tal-fuel.

L-unika incident kien li l-Kaptan tat-Tug Boat ‘Mari' hedded fuq ir-radju lill-Kaptan tat-Tug Boat tal-Protezzjoni Ċivili ‘Sea Salvor' u pprova jidħol fuq u jaħbat ma' l-istess Tug Boat. Dwar dan l-incident qed isiru l-investigazzjonijiet biex jittieħdu l-passi meħtie'a.

Fil-każ ta' l-azzjonijiet industrijalifil-Malta International Airport, membri tal-fire section li ma kienux qed jistrajkaw daħlu għax xogħol iżda sħabhom membri tal-GWU o''ezjonaw u nfexxu fi ħsara tal-fire engines u ta' l-ambulanzi. Kellha tintervjeni l-Pulizija li avżat lil dawk li kienu fuq strajk li l-ħaddiema l-oħra kellhom dritt jaħdmu u li l-Pulizija kienet se tipprote'i dan id-dritt.

Uħud mill-persuni fuq strajk irreżistew bis-saħħa lill-Pulizija.

Tnejn u tletin persuna, kważi kollha membri tal-fire section, li fixklu fix-xogħol, m'obdewx u rreżistew lill-Pulizija 'ew arrestati u ttiehdu d-Depot għall-investigazzjoni dwar il-ħsara li saret fil-fire section u ksur ieħor tal-li'i. Il-ħsara kienet fit-tyres ta' l-ambulanzi u tal-fire engines. Tneħħa wkoll il-foam mill-fire-engines waqt li nstabet ħsara fil-wiring ta' dawn il-vetturi. Iċ-ċwivet tal-fire engines ma nstabux.

Il-Ma'istrat ta' l-Għassa Noel Cuschieri qed jagħmel aċċess fuq il-post wara l- ħsara li saret fuq il-vetturi tal-fire section.

Tmienja mit-32 persuna arrestati kienu fuq vettura tal-Pulizija li kienet imblukkata fit-triq lejn id-Depot minn uffiċjali tal-GWU. Aktar tard il-vettura tal-Pulizija kompliet treqitha lejn id-Depot bil-bqija tal-membri miżmuma.

Ta' min igħid li fl-1 ta' Mejju 1998 il-membri tal-fire section ingħataw id-dritt li ma jibqgħux jagħmlu parti mill-Armata u għaddew għand l-MIA b'deciżjoni tal-Gvern preċedenti. Il-ftehim kien li lil dawn il-persuni ssirilhom garanzija tal-pensjonijiet speċjali ta' l-Armata billi fl-istess waqt, ikunu taqsima li ma tistrajkjax għaliex ix-xogħol tagħhom huwa servizz essenzjali. Kull wieħed iffirma li jaċċetta dawn il-kundizzjonijiet.

L-ajruport fetaħ għal titjiriet għall-ħabta ta' l-16.30 u l-ewwel ajruplan dig'? ħalla Malta.

Ta' min jinnota wkoll li dal-għodu, fuq talba ta' l-MIA, il-Qorti ħarget mandat t' inibizzjoni biex proviżorjament il-GWU ma tieħu ebda azzjoni industrijali kontra l-MIA. Ma' dan kollu l-GWU kompliet bl-azzjonijiet tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow