Left arrow Mur Lura

Jitlesta l-abbozz ta' pjan nazzjonali ta' Kontingenza dwar tniggis fil-Bahar

PR1285
Date Icon 20/08/1999

Fil-jiem li 'ejjin mistenni jkun pubblikat abbozz ta' pjan nazzjonali ta' kontin'enza biex jilqa' kontra kull tni''is fil-baħar. Dan il-pjan tħejja mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent permezz ta' fondi provduti mill-Unjoni Ewropea, u b'konsultazzjoni ma' l-entitajiet kollha konċernati. Uffiċjali mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, kif ukoll minn dawn l-entitajiet di''? ngħataw taħri' barra minn Malta fl-implimentazzjoni ta' dan il-pjan.

Dimostrazzjoni dwar kif jista' jkun attwat dan il-pjan f'każ ta' inċident ambjentali fil-baħar se tingħata waqt eżerċizzju li hu ippjanat li jsir fl-aħħar 'imgħa ta' Settembru li 'ej.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla attenda għal attivit'? oħra ta' tindif ta' qiegħ il-baħar minn għadd ta' għaddasa fil-Bajja ta' San Ġiljan. Din l-attivit'? hi parti mill-kampanja annwali Għal Baħar Aktar Nadif, organizzata mill-Ministeru għall-Ambjent.

Il-Ministru Zammit Dimech qal ukoll li permezz ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, kien akkwistat apparat, inkluż il-vapur Pupilla, biex jintuża f'każi ta' tni''iż miż-żejt fil-baħar, bħalma 'ara fl-inħawi tal-Qbajjar, f'Għawdex, il-bieraħ, fejn il-Pollution Control Coordination Unit tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent tat is-sehem sħiħ tagħha biex jin'abar iż-żejt u tkun evitata ħsara ambjentali fl-inħawi tal-Bajja ta' Marsalforn.

Filwaqt li semma s-sehem li ilha tagħti Malta biex tippromwovi l-ħarsien tal-baħar, kemm f'forainternazzjonali bħalma hi n-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll fuq bażi re'jonali permezz tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran, il-Ministru Zammit Dimech fakkar li kienet l-inizjattiva ta' Malta, permezz tal-mibki Arvid Pardo, li wasslet għall-ħolqien tal-Konvenzjoni dwar Qiegħ il-Baħar, ibbażata fuq il-prinċipju tal-wirt komuni ta' l-umanit'?.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li għamel ħafna sens li inizjattiva bħal din kienet ħaditha Malta bħala pajjiż li għandu storja twila marbuta mal-baħar u li minn dejjem kien minn ta' quddiem biex, anki f'kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra li jdawru l-Mediterran, jassigura livelli għolja ta' protezzjoni għal dan il-baħar li jdawwarna.

Hu semma wkoll is-sehem attiv li qed tieħu Malta fil-ħidma tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran, li twaqqaf biex tkun implimentata bl-aktar mod effettiv il-Konvenzjoni ta' Barċelona. Din għandha bħala skop ewlieni l-ħarsien tal-baħar Mediterran u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi li jinsabu fih.

Hu għalhekk ta' sodisfazzjon għal pajjiżna, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li Malta tospita ċ-Ċentru Re'jonali għall-'?arsien tal-Mediterran mit-Tni''is, magħruf bħala REMPEC, li għandu l-iskop li ji'bor u jxerred tagħrif biex ikun mi''ieled tni''iż miż-żejt u minn materjal perikoluż ieħor. Filwaqt li semma li dan iċ-Ċentru kien ta' għajnuna kbira għal Malta, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kwartier ta' dan iċ-Ċentru, li jinsab fuq Manoel Island, dalwaqt ikun trasferit għal post ieħor fil-Port il-Kbir. Dan it-trasferiment se jsir b'konnessjoni mal-pro'ett ta' Manoel Island.

Il-Ministru Zammit Dimech semma r-relazzjonijiet mill-qrib li l-Ministeru, permezz tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, għandu ma' ċentri re'jonali oħra mwaqqfa taħt il-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran, fosthom dak fi Split, li qed jgħin lid-Dipartiment jifformula Pjan għall-Immanni''jar tal-Kosta. Dan il-pro'ett, li permezz tiegħu se jsir magħruf x'qed jinfluwenza l-kosta Maltija u kif l-aħjar din tista' tkun amministrata biex tkun imħarsa, se jinvolvi diversi entitajiet fosthom l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, is-settur turistiku, dak tas-saħħa, dak agrikolu, u l-Kunsilli Lokali, kif ukoll il-pubbliku.

Hu irrifera wkoll għall-Konferenza Ministerjali, li se ssir f'Malta f'Ottubru li 'ej, tal-pajjiżi firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Barċelona. L-istedina biex issir din il-laqgħa kienet saret mill-Gvern Malti waqt laqgħa simili f'Montpellier fl-1996 u li għaliha kien attenda s-Segretarju Parlamentari għall-Ambjent Stanley Zammit.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan kollu juri l-impenn tal-Gvern favur il-ħarsien tal-baħar, kemm billi jipprovdi l-infrastruttura meħtie'a, bħalma għamel bit-tisħiħ tas-sistema tad-drena'' f'diversi lokalitajiet qrib il-baħar u bil-bini ta' impjanti għat-tisfija tad-drena'', kif ukoll b'inizjattivi oħra, fosthom il-kampanja ta' tindif ta' qiegħ il-baħar. Hu żied li attivit'? bħal din isservi biex tqajjem kuxjenza akbar fost il-poplu dwar il-ħtie'a li jinżammu ndaf kemm il-baħar, kif ukoll ix-xtut.

Hi l-politika tal-Gvern, temm il-Ministru Zammit Dimech, li jħares b'kull mod possibbli l-baħar u r-riżorsi li joffri peress li jemmen bis-sħiħ li hu biss permezz ta' miżuri bħal dawn li l-pajjiż jibqa' jgawdi fit-tul il-'id ekonomiku li qed toffri l-industrija turistika fl-oqsma kollha tagħha.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil kull min ta sehmu biex din l-attivit'? tkun suċċess, kif kienu dawk li di''? saru matul dan l-ista'un, għax bis-saħħa tagħhom qed jitwassal il-messa'' mixtieq – li partikolarment fil-każ ta' Malta, il-ħarsien ta' l-ambjent għandu wkoll tifsira ekonomika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow