Left arrow Go Back

Il-Ministru tas-Sahha jqassam ittri ta' hatra lil Nursing Aides godda

PR1277
Date Icon 19/08/1999

"Is-settur tas-sahha ma jistax javvanza b'investiment f'infrastruttura u f'makkinarju gdid biss, izda huwa necessarju li jkun hemm investiment fir-rizors uman".

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt l-ghoti ta' l-ittri ta' hatra lil 500 Nursing Aide li temmew b'success kors imniedi mill-Institute of Health Care biex minn Health Assistants jitilghu ghal dan il-grad. Dan il-process ilu li beda sa mill-1996 wara ftehim li kien intlahaq mar-rapprezentanti tal-haddiema.

Louis Deguara kompla jghid li kull impjegat fis-settur tas-sahha ghandu jzomm lill-pazjent fic-centru ta' kull decizjoni li jiehu u ghandu jkun responsabbli ghal kull ma jaghmel. Il-Ministru tas-Sahha enfasizza li kull impjegat ghandu jaghti l-gurnata tax-xoghol tieghu li ghaliha huwa mhallas mit-taxxi tal-poplu, ghalhekk kull minuta li kull impjegat ikun qed jisraq mill-hin tax-xoghol ikun qed jisraqha minn but il-poplu. Il-Ministru Deguara fakkar li ghal din is-sena biss kienu ivvutati Lm40 miljun f'pagi ghall-impjegati tas-settur tas-sahha.

Mhux fl-interess tad-Divizjoni tas-Sahha li tiehu passi kontra l-impjegati taghha, sostna Louis Deguara, izda min-naha l-ohra d-Divizjoni ghandha l-obbligu li tara li l-flus li tonfoq mill-fondi pubblici jkunu investiti tajjeb u tiehu lura f'xoghol kull sold li tonfoq. Mhu gost ta' hadd li kif smajna dan l-ahhar id-divizjoni tas-sahha kellha tibda tiehu passi kontra impjegati ta' kull grad ghax instabu nieqsa minn fuq il-post tax-xoghol, izda minn dan kollu ghandu johrog messagg car li hadd m'ghandu jabbuza mill-pozizzjoni tieghu jew ghandu jemmen li jista' jaghmel kif joghgbu ghax ghandu impjieg fiss mal-gvern. Louis Deguara qal li huwa inkwetanti li f'certu sezzjonijiet tad-divizjoni s-sick leave zdied b'96% fuq is-sena l-ohra u biex jaghmel tajjeb ghal dan qed jiddahhlu impjegati ohra biex jaghmlu l-overtime. Bhalissa d-divizjoni qed thallas madwar Lm120,000 fix-xahar f'sahra.

Il-Ministru Deguara fakkar ukoll li minbarra assistenza fil-professjoni ta' l-infermiera permezz tan-Nursing aides, kien ippjanat ukoll li jkun hemm impjegati li jassisti lill-paramedici, izda minhabba l-irresponsabilta ta' whud it-tnedija ta' din il-karriera tinsab mizmuma minhabba li l-kaz spicca quddiem il-qrati u b'hekk qabel jintemm dan il-kaz din l-assistenza ma tistax tkun provduta.

Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru tas-Sahha awgura success lil dawn l-impjegati fil-karriera taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow