Left arrow Go Back

Talba formali biex Malta tissieheb fl-Agenzija Ambjentali Ewropea

PR1276
Date Icon 19/08/1999

Bħala parti mill-proċess biex Malta tħejji ruħha għal sħubija fl-Unjoni Ewropea saret talba uffiċjali biex Malta tissieħeb ukoll fl-A'enzija Ambjentali Ewropea. Din l-applikazzjoni ntlaqgħet b'mod pożittiv fi Brussel u qed issib appo'' sħiħ fost l-uffiċjali għolja ta' din l-organizzazzjoni.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta ippreżenta l-Malta Environmental Scout Award lill-Victoria Scout Group waqt attivit'? li saret fid-Dwejra, Għawdex, il-lejla.

Il-Ministru Zammit Dimech spjega li fost il-funzjonijiet li għandha din l-a'enzija hemm dik li tgħin lill-pajjiżi membri u dawk applikanti biex ji'bru tagħrif u statistika dwar l-istat ta' l-ambjent fil-pajjiżi rispettivi.

Hu fakkar kemm f'dawn l-aħħar għaxar snin żdiedet f'pajjiżna l-kuxjenza favur il-ħarsien ta' l-ambjent kif ukoll dwar l-inizjattivi li ttieħdu u l-li'ijiet u r-regolamenti li saru biex tabilħaqq l-ambjent f'pajjiżna jitħares bl-aktar mod possibbli.

Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li hu ta' sodisfazzjon għalih jinnota li l-edukazzjoni kontinwa li ssir permezz tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent kemm fost l-istudenti kif ukoll fost it-tfal iż-żgħar qed tħalli l-effett tagħha għaliex il-'enerazzjoni 'dida qed turi b'mod konkret li tirrispetta u trid tħares l-ambjent.

Hu żied li l-Ministeru għall-Ambjent hu u jibqa' dejjem lest li jgħin lil kull min jieħu inizjattivi favur l-ambjent kif għamel fir-rigward ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts li permezz tal-premju li ħolqot qed tassigura li parti mit-taħri' li jingħataw l-iscouts f'pajjiżna jkun jikkonsisti f'edukazzjoni favur l-ambjent. Hu stqarr li bħala ex scout jaf kemm dan il-moviment idaħħal sens ta' dixxiplina u altruwiżmu fost il-membri tiegħu u qal li m'għandu l-ebda dubju li anki meta jikbru dawn jibqgħu konxji mill-ħtie'a li jħarsu l-ambjent u li f'dan ir-rigward jagħtu wkoll eżempju tajjeb lil ħaddieħor.

Il-Malta Environment Scout Award kien twaqqaf mill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts f'Malta flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent fl-1993. Jikkonsisti fi tliet livelli: dak għall-Cub Scouts ta' bejn tmienja u 11-il sena; dak għall-iScouts bejn il-11 u l-15-il sena u dak għall-Venture Scouts bejn il-15 u t-18-il sena.

Biex jikseb dan il-premju, kull scout irid jissodisfa l-ħti'iet f'sitt sferi differenti: il-konsevazzjoni, l-ambjent, l-espedizzjoni, in-natura, it-tħaris mit-tni''is u pro'ett speċjali. Il-ħidma li trid issir tkun mifruxa fuq perjodu ta' bejn sena u sentejn u ssir enfasi kbira for is-responsabbilt'? personali ta' l-individwu jew grupp, skond iċ-ċirkostanzi.

Biex akkwistaw dan il-premju, l-iScouts tal-Victoria Group, fost affarijiet oħra

  1. ħadu ħsieb diversi playing fields u 'onna pubbliċi;
  2. żaru u akkwistaw tagħrif dwar torrijiet tul il-kosta madwar Għawdex;
  3. żaru riservi naturali f'Malta;
  4. għamlu pro'etti dwar il-belt jew villa'' tagħhom;
  5. ħadu sehem f'attivitajiet ta' tħawwil ta' si'ar;
  6. kabbru pjanti, anki miż-żerrigħa, biex intużaw għal tiżjin ta' gallarji u postijiet oħra;
  7. għamlu riċerka dwar il-flora u l-fawna;
  8. ħadu sehem f'mixjiet twal u spedizzjonijiet marbuta man-natura u żjarat ta' postijiet storiċi u postijiet ta' interess 'enerali;
  9. attendew laqgħat ta' tagħrif, raw videos u taw rappreżentazzjonijiet fil-preżenza tal-'enituri tagħhom;
  10. tellgħu wirja tal-pro'etti tagħhom;
  11. kisbu tagħrif dwar il-perikli mit-tabakk, dwar it-tni''is mill-ħsejjes u dwar it-tni''is tar-riservi ta' l-ilma taħt l-art;
  12. 'abru flimkien diversi ritratti li ħadu huma stess ta' postijiet u monumenti importanti fil-belt jew raħal tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow