Programm estensiv ta' xoghlijiet biex jonqos l-gharghar mill-ilma tax-xita
Beda jitwettaq programm estensiv ta' tindif ta' culverts f'toroq prinċipali f'għadd kbir ta' lokalitajiet f'Malta, flimkien ma' bini ta' sistemi 'odda, bl-iskop li jittaffew problemi ta' għargħar minn ilma tax-xita. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn ħaddiema ta' l-iStormWater SystemsUnit fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, meta dalgħodu żar xogħlijiet li qed isiru fuq sistema simili fi Triq l-Imdina, '?aż-Żebbu'.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li kull meta tagħmel ix-xita, f'dawn l-inħawi qed tinħoloq problema kbira ta' għargħar li tolqot l-għelieqi, kif ukoll il-pumping station tad-drena'', minbarra l-inkonvenjent lill-pubbliku. Ix-xogħlijiet li qed isiru biex tittaffa din il-problema jinkludu t-twessiegħ ta' kanal eżistenti li jwassal minn Triq l-Imdina għal Wied Inċita, biex anki tkun tista' ssir manutenzjoni aħjar tiegħu, kif ukoll l-bini ta' ħitan biex jipprote'u l-għelieqi ta' l-inħawi. Qed isir ukoll livellar u tindif estensiv.
Minbarra dan il-pro'ett, ħaddiema ta' l-iStormWater Systems Unit, taħt id-direzzjoni tas-Sur Joe Farrugia, qed jagħmlu xogħlijiet ta' tindif f'Wied is-Sewda bejn '?'Attard u '?al Qormi, f'kanal ħdejn iċ-Ċentru Sportiv tal-Marsa, f'culvert li mid-daħla ta' Paceville jispiċċa fil-Bajja ta' San Ġor', f'culvert ieħor li mill-Għajn tal-'?asselin fl-Imsida jagħti għal 'ol-baħar, u l-bini ta' culvert f'Tal-Bebbux, iż-Żurrieq, biex tkun evitata l-problema tal-għargħar f'dawk l-inħawi.
Filwaqt li semma wkoll it-tindif ta' culverts f'bosta toroq prinċipali, kif ukoll l-għajnuna li qed tagħti l-istess unit lil Kunsilli Lokali fit-tindif ta' culverts f'toroq li jaqgħu taħt il-konfini ta' l-istess kunsilli, il-Ministru Zammit Dimech faħħar id-dedikazzjoni li juru fix-xogħol tagħhom il-ħaddiema ta' din il-unit.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN