Left arrow Go Back

Il-Ministru Lawrence Gonzi jzur il-Maratona tal-Volleyball

PR1265
Date Icon 17/08/1999

"Kull socjeta' hija mibnija fuq sett ta' valuri u principji. Is-socjeta' Maltija nistghu nghidu li ghandha hafna ghal qalba il-valur tas-solidarjeta', valur li jinkoragixxi l-partecipazzjoni attiva ta' kull membru favur ghan komuni. Barra min hekk, il-valur tal-karita' spirat mill-gheruq tal-hajja nisranija spiss jaghti direzzjoni lil kull inizjattiva fil-qasam tal-volontarjat."

 "Li tohrog minnek innifsek, li taqsam it-talenti tieghek ma haddiehor u li tghin lil min l-aktar ghandu bzonn mhix sempliciment esperjenza fejn qed tghin lil haddiehor. Ilkoll nafu, li permezz ta' esperjenzi bhal dawn, spiss tkun qed takkwista maturita' tal-karattru. Ghalhekk esperjenzi ta' solidarjeta' favur persuni li qeghdin fix-xfar tas-socjeta' taghna, huma esperjenzi formattivi, filwaqt li jkattru go kull persuna sens qawwi ta' 'fulfillment'."

Dan qalu il-Ministru ghall-Politka Socjali, Lawrence Gonzi waqt zjara li huwa ghamel liz-zghazagh li qed jippartecipaw fil-kampanja Solidarjeta' bl-Isport li l-Moviment Kerygma qed jorganizza bl-iskop li jigbor fondi ghad-Dar tal-Providenza.

"Inizjattiva bhal Kampanja Nazzjonali Solidarjeta' bl-Isport hija mod effettiv ta' kif kull zghazugh jaghraf it-talenti tieghu filwaqt li jaqsam il-kapacitajiet tieghu ma' haddiehor fi sforz komuni sabiex jitharsu l-bzonnijiet ta' min l-aktar li ghandu bzonn."

"Zghazagh impenjati favur l-izvilupp personali u socjali jiggarantixxu socjeta' b'sahhitha, socjeta' li ma thalli 'l hadd barra, socjeta' li fiha kulhadd ihossu accettat, stmat u utli. Nemmen fil-potenzjal li kull wiehed ghandu x'jaghti. Nemmen wkoll li jekk il-kapacitajiet taghna ma' nhaddmuhomx, mhux biss ikunu qed incahhdu lilna nfusna minn opportunitajiet kbar, imma nkunu qed inccahhdu lil pajjizna minn rizors importanti hafna."

"Nemmen wkoll li nisrani veru huwa dak li jhares madwaru, jara l-bzonn u jagixxi. Nahseb li l-mpenn taz-zghazagh f'din il-Kampanja Nazzjonali hija mod eccellenti ta' kif dawn iz-zghazagh jwettqu l-impenn nisrani taghhom. Dan kollu jawgura tajjeb ghal pajjizna, pajjiz li qed ihares 'l quddiem b'fiducja u b'impenn sabiex tinholoq socjeta' fejn hadd ma jibqa lura."

Waqt din iz-zjara l-Ministru Lawrence Gonzi tenna wkoll l-appogg tieghu ghal-inizjattivi bhal dawn u heggeg sabiex aktar ghaqdiet volontarji u zghazagh jinghaqdu sabiex jinghataw ghall-haddiehor. Il-Ministru Gonzi ha din l-okkazjoni sabiex pprezenta wkoll donazzjoni lil Fr. Charles Fenech, il-Fundatur tal-Moviment, bhala turija ta' l-appogg.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow