Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali dwar id-direzzjoni moghtija lill-Kunsilli Lokali mill-Gvern prezenti
Bi twe'iba għall-kummenti tal-Kelliema ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Onor. Charles Mangion u l-Onor. Joseph Cuschieri, li kienu rrapurtati li qalu li l-Kunsilli Lokali jeħtie'u direzzjoni vera u ċara u mhux wegħdi li ma jissarfux, il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt qal li huwa fatt li ma jitwemminx li huma tkellmu dwar dik li sejħu bħala ħtiega ta' direzzjoni ċara għall-Kunsilli Lokali.
Hu żied jgħid li hija ħa'a tal-għa'eb kif minn tant nies, huma l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni li qed juru l-prużunzjoni li jikkritikaw lil Gvern, f'qasam li żgur qatt ma ngħata daqstant importanza daqs illum.
"Irid ikollok memorja qasira jew arroganza u opportuniżmu politiku biex konvenjentement tinsa s-sentejn ta' limbu li għaddew minnu l-Kunsilli Lokali taħt l-Amministrazzjoni Laburista," żied jgħid Dr. Gatt.
Il-Ministru Gatt temm jgħid li qabel ma jaghmlu dikjarazzjonijiet dwar x'suppost jagħmel Gvern preżenti dwar il-Kunsilli Lokali, il-Partit ta' l-Oppożizzjoni għandu jagħmel eżami ta' l-a'ir tiegħu fil-konfront tal-Kunsilli Lokali u japolo'izza għall-mod kif ittratthom. B'hekk biss ikun jista' jittieħed bis-serjet'? fil-kritika tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN