Laqgha dwar il-kwistjoni tal-Kalaxlokk
Illum saret laqgha f'Kastilja, fuq talba tal-Gvern, dwar il-kwistjoni tal-Kalaxlokk.
Prezenti ghal-laqgha ghan-naha tal-Gvern kien hemm il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Dr Lawrence Gonzi, il-Ministru tal-Finanzi s-Sur John Dalli, l-Agent Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Dr Francis Zammit Dimech u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici Dr George Hyzler.
Ghan-naha tal-General Workers' Union attendew id-Deputat Segretarju Generali s-Sur Mario Cutajar, is-Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport is-Sur Ronnie Pellegrini u l-Konsulent Legali Dr George Abela.
Fil-laqgha il-Gvern indika kif il-kwistjoni tista' tigi rizolta u wara d-diskussjoni li saret qed jistenna risposta mill-General Workers' Union.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN