Left arrow Mur Lura

Konferenza stampa mill-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali dwar Refurbishment ta' Wards 7 u 8, fir-Residenza San Vincenz - 11 Awissu 1999

PR1247
Date Icon 11/08/1999

Sejjahna din il-Press Conference primarjament biex naghtu dettalji dwar ix-xoghol ta' rinovament u refurbishment li sar fil-Wards tan-nisa, St.Frances 7 u 8 u anke dwar il-bidu tax-xoghol tal-WardsSt.Frances 19 u 20 – progett li jista' jissejjah il-progett tal-millenju l-gdid ghar-Residenza ta' San Vincenz; izda anke f'din il-konferenza rridu wkoll naghtu hjiel tal-pjanijiet u l-policies li ghandu l-Gvern fil-qasam ta' l-anzjani fix-xhur u fis-snin li gejjin. Dan kollu rridu ninkwadrawh fl-ispirtu ta' din is-sena li hija s-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani bit-tema "Lejn socjeta' ghal kull eta".

Nibda bir-refurbishment li sar fil-Wards 7 u 8 li intom tkunu tistghu taraw ghas-sodisfazzjon taghkom kif tispicca din il-Press Conference. Dawn iz-zewg swali sa ftit ilu kienu tnejn minn swali li hawn f'din ir-residenza li l-aktar kienu jbatu mill-effetti tas-shana, li bhalissa kulhadd qieghed isofri. Kienu zewg swali li kienu ghadhom mhux air-conditioned u meta nghid li wara insistenza kontinwa u perseveranti ta' l-N.O. tas-sala, is-Sur Raymond Chircop, iddecidejna li nibdew ix-xoghol immedjatament. Rajna li l-ahjar soluzzjoni kienet li naghmlu split units fil-cubicles kollha u huwa ta' sodisafazzjon kbir ghalina li proprju f'dawn il-granet ta' shana immensa naraw li l-anzjani f'din is-sala juruk li qeghdin jghixu ahjar. Iddecidejna li nwettqu refurbishment komplet u allura tistghu intom stess taraw bathrooms godda, soffitti fil-cubicles kollha, cubicles u kurituri mizbughin mill-gdid, dwal godda, sistema ta' kumunikazzjoni biex l-anzjani jkunu jistghu jsegwu r-ruzarju u l-quddies li jsir fir-residenza. Ghamara gdida, skambelli godda maghmula apposta, purtieri ghall-privatezza ta' l-anzjani u anke fil-kurituri. Insomma, ghamilna refurbishment u rinovament kif kien jixraq. Naturalment dan kollu ma sarx b'xejn. Xoghol li involva eluf ta' liri u hidma kemm ta' impjegati u kemm ta' nies volontarji. Infaqna madwar Lm20,000 izda kieku kellna nhallsu lil kull min offra s-servizz tieghu b'xejn kieku nahseb kien ikollna nonfqu d-doppju.

U ghalhekk huwa d-dover tieghi li nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu u hadmu disinteressament fir-rinovament ta' dawn is-swali. L-ewwel ringrazzjament tieghi zgur imur lill-N.O. tas-sala, is-Sur Raymond Chircop li hadem bla heda u anke gab lill-mara tieghu biex tghin fil-hjata tal-purtieri; lill-istaff kollu ta' dawn il-wards li l-istess, anke fil-hin liberu taghhom, baqghu jahdmu sa l-ahhar specjalment fil-hjata tal-purtieri; lill-impjegati kollha ta' din ir-residenza li ghenu b'mod jew iehor: impjegati tal-maintanance, mastrudaxxi, electricians ecc, ecc. Naturalment ma nistax nieqaf hawn. Lill-membri tal-Friends tas-St. Vincent de Paule Residence: grazzi mill-qalb tax-xoghol li ghamlu bla heda, specjalment is-Sinjura Miriam Bajada li kien jonqosha biss toqghod f'din is-sala. Huwa ta' sodisfazzjon ghalija li nara lil din l-ghaqda volontarja b'tant motivazzjoni u b'tant herqa biex nipprovdu l-ahjar lir-residenti taghna. Mhux anqas grazzi lis-Sur Paul Pizzuto li kien il-mohh wara l-kordinament tax-xoghol kollu li sar. Grazzi lil kulhadd allavolja ma semmejtx lil kulhadd b'ismu, lil kull min ghen biex wettaqna dan ix-xoghol kollu fi zmien daqstant qasir.

Minbarra dawn is-swali, inbeda x-xoghol tat-twaqqiegh tal-wards 19 u 20 , li kienu, nistghu nghidu, l-ahhar ezempju ta' Nightingale Wards li kien baqa' hawn gew. Progett kbir u ambizzjuz li rridu nlestuh fis-sena gdida u li ser ikun jikkonsisti fi tliet sulari – il-progett tal-millenju ghal din ir-Residenza. Naturalment dan il-blokk ser ikun mibni u attrezzat bil-kumditajiet kollha ghall-anzjani fuq l-istess livell li Gvern Nazzjonalista diga' bena hawn gew swali godda bhal ma huma l-Females 9 u 10, il-Males 20 u 21, il-Psychogeriatric Unit u l-Wards 15 u 16 St.Joseph, l-Admission Ward u l-Ward Female 22. Lista shiha ta' wards godda li l-Gvern taghna wettaq tul amministrazzjonijiet differenti.

Huwa veru li kieku nistghu l-wards kollha f'San Vincenz naghmluhom fuq dan il-livell. Izda l-kobor ta' din ir-residenza ggieghlna nwettqu politika tali li ma nhallux certi wards fi stat lura waqt li ohrajn qeghdin tant tajjeb. U ghalhekk ahna tal-fehma li kif irrifurbixxjajna il-Wards 7 u 8 irridu fix-xhur u s-snin li gejjin nirrifurbixxjaw il-wards l-ohra kollha. Naturalment, kif diga spjegajt, dan jinvolvi spejjez kbar minnbarra r-rizors uman. Iz-zminijiet tbiddlu u l-esigenzi zdiedu. Irridu li nkomplu noffru kwalita ta' hajja ahjar lir-residenti ta' hawnhekk u nkomplu ntejbu l-livell tal-ghajxien taghhom. Nahseb li kulhadd jifhem li l-fondi tal-Gvern m'humiex bla limitu. Jiena nhossni zgur li l-anzjani li issa qeghdin fil-Wards 7 u 8 u l-qraba taghhom jifhmu li huma ahjar li jghixu f'ambjent li pprovdejnilhom issa milli kif kienu qabel. U kulhadd irid jifhem li biex inkomplu nwettqu din ir-rinovazzjoni li ser igawdu minnha l-istess anzjani, l-anzjani stess irridu jikkontribwixxu wkoll aktar ghal dan l-iskop. U ghalhekk, fi zmien qarib, irridu naraw kif, b'kontribuzzjoni akbar min-naha tal-anzjani residenti f'San Vincenz, inkunu nistghu nwettqu dan il-pjan ta' rinovazzjoni tas-swali kollha mill-aktar fis possibli. Zgur li l-maggoranza tal-poplu taqbel u ahna konfortati bil-pariri ta' ghaqdiet interessati fil-qasam ta' l-anzjani li wasal iz-zmien li ssir revizzjoni tal-kontribuzzjonijiet li l-anzjani rikoverati f'San Vincenz u fid-Djar Residenzjali jghaddu lejn il-Kumitat tal-Welfare biex dan imbaghad jaghmel l-ahjar uzu minnhom fl-interess tal-istess anzjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow