Left arrow Go Back

Nominati fuq Bordijiet fis-settur tat-Turizmu

PR1243
Date Icon 10/08/1999

Il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo dalghodu ltaqa' mal-President u l-Membri tal-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Refalo tenna li l-Kunsilli Lokali ghandhom u jistghu jwettqu rwol kbir b'risq it-turizmu sew ghal dak li ghandu x'jaqsam mat-trazzin u l-kontrol ta' dak li hu hazin kif ukoll dwar il-potenzjal li ghandhom ghat-titjib u tisbih ta' l-ambjent. Ghalhekk il-Ministru stieden lill-Kunsilli Lokali biex jiehdu parti aktar pro-attiva b'mod specjali f'dak li hu zvilupp tal-prodott turistiku u l-indafa fil-lokalitajiet.

Wara li sahaq dwar l-importanza taz-zamma ta' l-indafa pubblika u heggeg l-Assocjazzjoni biex twassal dan il-messagg lill-Kunsilli Lokali specjalment dawk risponsabbli minn zoni turistici, l-Avukat Refalo fakkar li skond il-ligi l-gbir ta' l-iskart minn lukandi u ristoranti ghandu jsir minn kuntrattur licenzjat. L-istabbilimenti li jservu l-ikel m'ghandhomx jaghmlu uzu minn skips u lanqas mis-servizz tal-gbir ta' skart domestiku.

Il-Ministru Refalo talab lill-Assocjazzjoni sabiex tavza lill-Kunsilli biex jghaddu bye laws u ma jinhargux permessi biex skips jitpoggew qrib lukandi u ristoranti u li ghandhom jirtiraw il-permessi li nhargu. Il-Ministru filwaqt li talab li jsir kontroll fuq l-istabbilimenti biex jigi zgurat li ma jinqdewx minn servizz mahsub ghal gbir ta' skart domestiku tenna li ser isir stharrig biex is-sitwazzjoni tinzamm taht kontroll.

Minn naha ta' l-Assocjazzjoni l-President ta' l-Ezekuttiv stqarr li jaqbel ma' dak li kien qed jipproponi l-Ministru u wieghed il-kooperazzjoni ta' l-Ezekuttiv kif ukoll li lest jinkoragixxi laqghat bejn il-Kunsilli u l-ghaqdiet tal-lukandi u ristoranti. Fl-istess hin ilmenta bil-qawwa dwar in-nuqqas ta' ndafa f'toroq arterjali u spazji pubblici li huma risponsabbilta' tal-Gvern Centrali.

Il-Membri tal-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Assocjazzjoni semmew ukoll l-interess ta' Kunsilli fl-ippjanar u twettiq ta' walking trails kif ukoll ta' progetti ta' tisbih u ta' interess kulturali. Filwaqt li qablu li twaqqaf il-Kumitat Interministerjali dwar it-Turizmu xtaqu li l-Kumitat jinghata aktar setghat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow