Trapjanti ta' organi minn teams ta' kirurgi Maltin
Matul il-lejl li ghadda, fl-Isptar San Luqa, sar trapjant tal-qalb minn tim Malti fuq pazjent ta' 63 sena. It-trapjant kien possibbli wara mewt accidentali ta' donatur ta' 32 sena. Dan huwa l-hames trapjant li sar fl-Isptar San Luqa, wara l-ewwel trapjant li kien sar f'Settembru 1996. Il-pazjent li rcieva l-qalb jinsab f'kundizzjoni stabbli u jinsab rikoverat fit-taqsima tal-Kura Intensiva. L-operazzjoni, li damet sejra ghal madwar saghtejn u nofs, bdiet fid-9.30 tal-bierah filghaxija.
Dalghodu, kienu qed isiru zewg trapjanti tal-kliewi fl-Isptar San Luqa li minnhom qed jibbenefikaw zewg pazjenti Maltin ta' 50 u 51 sena.
Illum ukoll ser ikunu trapjantati wkoll zewg corneas ta' l-istess donatur. It-trapjanti tal-kliewi u l-corneas qed isiru wkoll minn timijiet Maltin.
Matul il-lejl, il-fwied tad-donatur ittiehed l-Italja biex ikun trapjantat hemmhekk minhabba li f'Malta dan l-intervent mhux possibbli li jsir.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN