Mizuri ghal kontra s-shana tas-sajf
Fil-jiem shan tas-sajf, id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jappella lill-pubbliku biex jevita temperaturi gholja. Id-Dipartiment jissugerixxi dawn il-mizuri:
1. Evita x-xemx diretta bejn l-10 ta' filghodu u l-4 ta' wara nofs in-nhar. Sports u attivit'? fizika fit-tul fis-shana tista' tgholli t-temperatura tal-gisem b' mod perikoluz u twassal ghal heat stroke.
2. Meta tkun fix-xemx uza kapell jew umbrella tad-dell.
3. Thallix tfal jew pets f'karozza maghluqa, lanqas ghal perjodu qasir. Shana zejda jkollha effetti aktar qawwija fuq anzjani, tfal u nies li jbatu b'certu mard kroniku.
4. Uza fan u ivventila tajjeb il-kmamar biex tbaxxi t-temperatura fid-dar.
5. Ixrob hafna ilma; mal-1.5 sa 2 litri kuljum, sakemm ma jkollokx problemi medici. Ilma b' tahlita ta' melh u zokkor apposta (oral rehydration salts) jghin jirkupra l-gharaq mitluf.
6. Ilbes hwejjeg hfief, komdi u li ma jkunux issikati mieghek.
7. Sintomi ta' l-effetti hziena tas-shana jinkludu telqa, nixfa fil-halq, ugigh ta' ras u dardir. Jekk xi hadd ihossu hazin minhabba s-shana, ressqu f'post fid-dell sakemm jistejqer. It-temperatura tista' tnizzilha permezz ta' fan u billi xxarrab il-gilda b'bicciet imxarrba. Jekk il-persuna tkun tiflah ghandha tinghata tixrob. Ghandu jigi kkonsultat tabib mill-aktar fis.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN