Left arrow Go Back

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jwiegeb lill-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar l-esportazzjoni

PR1234
Date Icon 07/08/1999

Fi stqarrija ghall-Istampa l-kelliemi Ewlieni Laburista ghall-Industrija gie kwotat li qal li l-esportazzjoni ghall-ewwel darba din is-sena minflok zdiedet, naqset. Analizi serja aktar fit-tul tac-cifri ippubblikati mill-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika turi xorta ohra.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Professur Josef Bonnici, bi twegiba ghal dak li qal il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghall-Industrija, qal li jekk wiehed iqabbel sewwa l-figuri ta' l-esportazzjoni ghax-xahar ta' Gunju jsib li s-sena l-ohra kien hemm bejgh ta' wiehed mill-vapuri Russi li kienu baqghu ghand il-Gvern ghal bosta snin b'telf ta' miljuni ta' liri rizultat ta' kuntratt maghmul hazin minn-Gvern precedenti. Dan ifisser li jekk wiehed jakkonta ghal din l-esportazzjoni ta' darba li kien hemm is-sena l-ohra, jsib li l-esportazzjoni domestika f'Gunju din is-sena kienet b'sahhitha, waqt li tajjeb li wiehed ma joqoghdx wisq fuq cifri ta' xahar wiehed biss.

Il-verita' hija li mill-istess statistika li ghogbu jikkwota l-Onor. Attard Montalto johrog car li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-esportazzjoni totali zdiedet Lm29.2 miljun (8.2%). Filwaqt li kien hemm zieda ta' Lm16.1 miljun (4.8%) fl-esportazzjoni domestika (u zieda ta' Lm24.7 miljun (7.0%) jekk tnaqqas l-esportazzjoni ta' darba tal-vapuri fl-1998), il-valur tal re-esportazzjoni tela' Lm13.1 miljun jew (56.2%). Tajjeb ukoll li wiehed isemmi li l-importazzjoni ta' prodotti industrijali zdiedet Lm14.9 miljun (5.1%).

Ta' min isemmi li dan jirrifletti dak li gara fil-produzzjoni tal-manifattura, li zdiedet b'madwar (7.7%) matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.

Minn dan johrog car li fil-verita' anki fis-settur tal-manifattura, bdejna it-triq tal-progress. L-istqarrija, ta' l-Onor. Attard Montalto, temm ighid il-Ministru Bonnici, "ghal darb'ohra turi l-attitudni xejn oggettiva tal-Partit Laburista li jipprova jpingi negattivament ir-rizultati pozittivi li qed johorgu fis-settur ekonomiku tal-pajjiz".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow