Xoghlijiet ta' restawr fic-Cittadella
"Il-Ministeru għal '?awdex huwa impenjat li jippreserva u jħares il-wirt storiku rikk tal-gżira '?awdxija u ser ikompli l-kampanja intensiva ta' restawr ta' postijiet storiċi li għandhom bżonn immedjat ta' attenzjoni". Dan qalitu l-Ministru għal '?awdex, Giovanna Debono meta għamlet żjara fiċ-Ċittadella biex tara x-xogħlijiet ta' restawr li qegħdin isiru bħalissa f'dan il-post. Il-kavallier ta' San Martin, wieħed miż-żew' kavallieri li jiddominaw iċ-Ċittadella ta' '?awdex għadu kif 'ie restawrat miċ-Cittadella Restoration Unit tal-Ministeru għal '?awdex.
Ir-restawr kien jinkludi xogħlijiet strutturali estensivi li kienu bżonjużi biex isaħħu din il-parti taċ-Ċittadella. Ix-xogħol kollu li kien jinkludi tibdil ta' 'ebel immermer u tikħil sar taħt is-superviżjoni kontinwa ta' uffiċjali mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Wara r-restawr tal-kavallier minn 'ewwa l-ħitan tas-swar, l-istess Unit issa beda jibni scaffoldingmas-swar minn barra biex ikunu jistgħu isiru xogħlijiet fuq parti mis-swar li wkoll għandha bżonn ur'enti tar-restawr. Fi żmien qasir mistenni wkoll jibda x-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Mużew tal-Folklore li tikkonsisti fi tlett idjar x'aktarx mibnija fil-bidu tas-seklu sittax. Di'a' tlesta photgrammetic survey tal-post li jiffaċilita l-proċess tar-restawr filwaqt li tinżamm informazzjoni preċiża tal-post qabel ir-restawr.
'?alkemm iċ-Ċittadella kienet 'iet skedata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-istess Awtorita' ħasset il-ħtie'a li toħro' ukoll Ordni ta' Konservazzjoni ta' Emer'enza fir-rigward taċ-Ċittadella u dan minħabba li minkejja x-xogħlijiet ta' restawr li jsiru fiħa kontinwament, hemm postijiet li għadhom jeħtie'u attenzjoni immedjata.
Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru għal '?awdex qiegħed jaħseb biex jitwaqqaf management committee għaċ-Ċittadella bħalma 'ara' dan l-aħħar fl-Imdina u f'postijiet simili f'Malta. Il-Ministru qalet li l-Kumitat tar-Restawr taċ-Ċittadella u siti storiċi f''?awdex imwaqqaf mill-istess Ministeru u li jikkoordina x-xogħlijiet ta' restawr f''?awdex għandu ppjanat programm estensiv ta' restawr speċjalment għaċ-Ċittadella.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN