Kors ta' orientazzjoni lejn ix-xoghol fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks ghal studenti ta' skola sekondarja
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea, dalghodu attenda ghac-cerimonja ta' l-ghoti ta' certifikati u premijiet lill-istudenti li hadu sehem f'kors ta' orjentazzjoni lejn ix-xoghol. Ic-cerimonja saret fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks.
F'diskors ta' l-okkazjoni l-Ministru Galea qal li, ghat-tieni sena konsekuttiva, grupp ta' 23 student mir-raba' u l-hames sena mill-iSkola Sekondarja tas-subien "Lorenzo Gaf'?" hadu sehem f' kors ta' orjentazzjoni lejn ix-xoghol, fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks. Dan huwa parti mil-ftehim ta' sponsorship iffirmat f'Novembru ta' l-1997 bejn l-iskola u l-MDD. Il-kors dam hames gimghat, mit-Tnejn, 5 ta' Lulju sal-Gimgha, 6 ta' Awissu 1999. Matulu l-istudenti kellhom lezzjonijiet fuq l-etika u s-sigurt'? fuq il-post tax-xoghol u sessjonijiet prattici ta' taghlim f'dawn is-snajja': Electrical, Sheet Metal, Bench Fitting, Welding, Pipe Fitting, Lathework u Technical Design. Barra dan, l-istudenti nghataw remunerazzjoni ta' Lm12 fil-gimgha bhala parti mill-ftehim.
L-iskola kienet inkwadrata fil-proposta ghal dan il-ftehim b'dawn il-kunsiderazzjonijiet:
- l-istudenti gejjin kollha mill-inhawi tal-Kottonera;
- hafna mill-genituri u / jew mill-qraba ta' l-istudenti huma haddiema tat-Tarzna
- investiment min-naha tat-Tarzna fl-edukazzjoni ta' dawn l-istudenti jista' fl-ahhar mill-ahhar, ikun ta' gid ghall-istess Tarzna meta whud minn dawn l-istudenti 'l quddiem jidhlu jahdmu fiha;
- din l-inizjattiva sseddaq l-image tal-hidma tat-Tarzna ta' Malta ghaliex hija xhieda ta' l-impenn taghha li tikkontribwixxi b'mod konkret ghall-izvilupp socjo-edukattiv tal-Kottonera.
Dan il-ftehim ta' hames snin sponsorship mal-Malta Drydocks, minbarra li huwa ta' beneficcju edukattiv kbir ghall-istudenti u ghall-iskola, irnexxielu johloq holqa tangibbli ta' koperazzjoni bejn l-iskola u l-industrija.
Din kienet esperjenza edukattiva ohra li halliet hafna gid. L-istudenti wrew interess u hegga fil-korsijiet ta' tahrig. Bejnhom u l-instructors inbniet relazzjoni eccellenti, tant li l-kwalit'? tax-xoghol li rnexxielhom jaghmlu fi zmien hekk qasir kienet impressjonanti. Studenti li s-soltu ftit juru interess fl-iskola u fil-lezzjonijiet, waqt dan il-kors dehru ferm ghal qalbhom, tant li qatt ma fallew. Il-Ministru spicca billi rringrazzja lil dawk kollha li hadu sehem u qal li l-organizzazzjoni u l-professjonalit'? kienu zewg fatturi li juru kemm Malta hija lesta tilqa' l-isfidi tal-millennju l-gdid.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN