Bdew id-diskussjonijiet formali dwar l-izvilupp tal-Bacir Numru 1
Din il-'imgħa saret l-ewwel laqgħa formali, presjeduta mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, bejn iż-żew' konsorzji involuti fil-Pro'ett tal-Kottonera u t-Tarzna ta' Malta dwar l-iżvilupp tal-Baċir Numru 1 f'ċentru ta' l-ogħla attivit'? kulturali u kummerċjali.
Sar ukoll qbil bejn it-Tarzna ta' Malta u t-Taqsima Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent dwar it-twaqqigħ, fil-'imgħat li 'ejjin, tal-ħajt li jissepara dan il-baċir minn Bormla u li floku se jitwaħħal ħadid bħala protezzjoni minn periklu.
Dan ħabbru l-Ministru Zammit Dimech f'laqgħa li kellu dalgħodu mal-Kumitat il-'did għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. F'dan il-Kumitat hemm ukoll rappreżentanza tal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, ta' Bormla, tal-Kalkara u ta' l-Isla.
Il-Kumitat hu magħmul mill-Perit Chris Spiteri, bħala Chairman, u s-Sur Lorenzo Zahra, is-Sur Maurice V. Debono, is-Sur Joseph Carbonaro, is-Sur John Boxall, is-Sur James Farrugia, is-Sur Mark Lombardo, is-Sur Albert Borg, is-Sur Lawrence Farrugia, is-Sur Michael Zarb, u l-Perit Vincent Cassar, Direttur Ġenerali Taqsima Xogħlijiet, bħala membri. Is-Sur Ray Bondin hu s-Segretarju tal-Kumitat u Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien twaqqaf madwar ħames snin ilu u hi x-xewqa tal-Gvern li jer'a' jagħtih il-ħajja, peress li jemmen li l-Kottonera għandha importanza kbira mil-lat storiku, arkitettoniku u artistiku u għalhekk jimmeritaha li tingħata attenzjoni partikolari.
Hu żied li l-Gvern preżenti qiegħed mhux biss jimxi fuq il-passi li beda hu stess fil-passat, iżda qed iżid b'mod sostanzjali l-ħidma f'dawn l-inħawi, kemm permezz tal-Pro'ett tal-Kottonera, kif ukoll permezz tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni u pro'etti oħra, bħalma hi d-dar ta' l-anzjani u bini ieħor residenzjali.
Filwaqt li rrefera għall-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, il-Ministru Zammit Dimech qal li anki r-residenti jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom b'ideat u su''erimenti. Hu żied li l-Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett di''? kellu sensiela ta' laqgħat mal-Kunsilli Lokali bir-riżultat li di''? saru diversi xogħlijiet, fosthom it-tindif tal-foss tal-Birgu, restawr fuq swar fl-Isla u f'Bormla, u l-pro'ett ta' Pjazza Santa Margerita, f'Bormla.
Hu qal ukoll li l-importanti hu li l-Kumitat li twaqqaf ifassal programm li jkun ikopri l-Kottonera kollha u li jikkunsidra wkoll l-aspetti soċjali u ekonomiċi ta' l-inħawi. Fl-opinjoni tiegħu, waħda mill-prioritajiet hi li ssir analiżi sew tal-bini storiku kollu li hemm fil-Kottonera. Hemm imbagħad xogħlijiet oħra di''? su''eriti mill-Kunsilli, fosthom ir-restawr tal-Bieb ta' Santa Liena, diversi xogħlijiet fil-Birgu u r-restawr tal-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-Pro'ett tal-Kottonera li se jsir mill-konsorzji Port Cottonera Ltd u l-Cottonera Waterfront Group u qal li dan il-pro'ett se jagħti ħajja 'dida lil dawn l-inħawi bi żvilupp li jinkludi yachtmarina, lukanda, casin'?, health farm, u stabbilimenti ta' l-ikel u ħwienet oħra.
Kien hawn li hu semma d-diskussjonijiet uffiċjali li bdew din il-'imgħa bejn il-konsorzji u t-Tarzna dwar l-iżvilupp tal-Baċir Nru 1, bl-iskop li dan il-pro'ett ikun jista' jsir bejn it-tlieta flimkien.
Fi tmiem il-laqgħa mal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, il-Ministru Zammit Dimech żar ix-xogħol li qed isir bħala parti mir-riabilitazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita. Dan il-pro'ett se jiswa aktar minn Lm600,000 u se jinkludi t-ti'did tal-'nien eżistenti u ta' l-inħawi kollha madwar l-istess 'nien, inkluż il-venda tal-karrozzi tal-linja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN