Ippubblikat l-emmendi ghar-Regolamenti tal-Parties
L-emendi l-godda ghar-regolamenti tal-parties gew ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-Ministru tal-Intern Dr. Tonio Borg flimkien ma' l-Agent Prim Ministru u Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi tkellmu dwar dawn ir-regolamenti f'konferenza tal-ahbarijiet li saret il-bierah fil-Ministeru tal-Intern.
Il-Gvern hass, li ghandu jipproponi regolamenti li bihom jassigura divertiment aktar san ghaz-zghazagh Maltin u b'hekk jipprotegi l-hajja ta' dawk li jattendu dawn il-parties u tal-mistrieh tal-pubbliku in generali.
Ir-regolamenti jestendu d-definizzjoni ta' postijiet ta' divertiment ghal postijiet fl-apert, m'hux biss postijiet maghluqa. Party jew disco li jsir fl-apert, ma jistax idum aktar mis-2.00 a.m. filwaqt li f'postijiet maghluqa, ma jistax isir party jew disco bejn l-4.00 a.m. u d-9.00 a.m.
Dawk il-persuni li jattendu dawn l-attivitajiet iridu jipproducu l-karta tal-Identita` jew mezz iehor ta' identifikazzjoni. Jekk jinstab li xi hadd attenda party jew disco u kien taht l-eta` ta' sittax -il sena, id-detendur tal-licenzja jinstab hati ta' ksur tal-ligi u jkun suggett ghal multa ta' Lm100 ghal kull persuna taht l-eta` li tkun thalliet tidhol fl-istabbiliment jew attivita` ta' divertiment.
F'kull permess jew licenzja ghal disco jew party, irid ikun hemm stipulat in-numru massimu ta' persuni li jistghu jattendu ghalih. Jekk jinstab li n-numru ta' persuni ghal dak il-party jaqbez in-numru massimu li jkun indikat fil-licenzja jew permess, il-proprjetarju jkun suggett ghal multa ta' Lm100 ghal kull persuna zejda.
Dwar il-hrug tal-permessi jew licenzji, ta' min jghid li l-Pulizija ghandha linji ta' gwida li a bazi taghhom tista' tirregola perjodu ta' hin tal-attivita` partikolari.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jista' jirrifjuta permess jew licenzja biex jigi organizzat party jekk ma jkunx sodisfatt bil-karattru tal-applikant u jekk ma jinghatax assikurazzjoni sufficjenti li ma jsirux abbuzi mid-droga jew abbuzi ohra waqt l-attivita`.
Il-Ministeru tal-Intern fil-gimghat li gejjin se jwaqqaf Health and Safety Monitoring Board kompost minn persuni li ghandhom esperjeza f'materji relatati ma' Sahha, Sigurta` u Protezzjoni Civili.
Il-Bord se jkollu d-dritt li jimmonitorja regolarment il-postijiet ta' divertiment u jara li l-kundizzjonijiet sanitarji u ta' sigurta` huma ta' livell sodisfacenti. Il-Bord ghandu dritt ukoll jispezzjona post ta' divertiment meta u x'hin irid.
Il-Bord ghandu wkoll id-dritt li jordna lill-propjetarju biex jaghmel alterazzjonijiet jew addizzjonijet li jkunu necessarji biex il-facilitajiet tal-post jilhqu livell sodisfacenti.
Jekk il-propjetarju jirrifjuta li jobdi dawn ir-regolamenti, il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu d-dritt li jirrifjuta li jgedded il-permess jew il-licenzja tas-sid. Qabel ma johrog licenzja jew permess, jew it-tigdid taghhom, il-Kummissarju tal-Pulizija ghandu d-dritt li jikkonsulta u jfittex il-parir tal-Bord dwar il-kundizzjonijiet tal-permess jew licenzja.
Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg qal li dawn ir-regolamenti gew diskussi u approvati mil-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Socjali tal-Parlament u huma ntizi biex inaqqsu l-eccessi li hafna drabi jwasslu ghal korrimenti u f'xi kazi, anke mwiet ta' zghazagh.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali Dr. Lawrence Gonzi qal li dawn huma regolamenti tal-Pulizija fil-parametri ta' politika socjali. Huwa qal li l-kriterji huma cari u fl-istess waqt huwa facli li wiehed jinfurzahom.
Il-Ministru Gonzi rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta' ghajnuna biex jitfasslu dawn ir-regolamenti b'mod specjali lill-agenzija kontra l-abbuz mid-droga u l-alkohol, Sedqa.
Ghall-konferenza tal-ahbarijiet ta' dal-ghodu kienu prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern il-Perit George Pullicino, id-Direttur tal-Agenzija Sedqa Sina Bugeja, id-Deputat Kummissarju Joe Cachia u l-Assistent Kummissarju Michael Cassar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN