Punti minn Diskors ta' l-Onor. Dr. Michael A. Refalo, Ministru ghat-Turizmu waqt laqgha mal-GRTU f'Exchange Buildings, il-Belt Valletta - 4 t'Awissu 1999
- Matul dawn l-ahhar hames snin it-turizmu ressaq lejn il-Gzejjer Maltin madwar miljun u mija u hamsin elf ruh kull sena. Bhala medja dawn qaghdu fostna bejniethom madwar 11 il-miljun lejl kull sena.
Ifisser li f'kull gurnata tas-sena il-bazi ta' konsumaturi, tal-klijentela taghkom, zdiedet b'madwar 25,000 ruh kull jum.
Nies li nefqu flus biex gew f'artna, li jonfqu biex ighixu fostna ras ghal ras ghal madwar ghaxart ijiem, u min ftit, min aktar u min hafna izjed, kienu lesti jonfqu flushom f'xiri ta' oggetti u servizzi waqt li jkunu maghna. - Kieku ma kienx ghal miljuni kbar li l-pajjiz u l-poplu jdahhlu mit-turizmu, kif ukoll ix-xoghol u l-attivita' ekonomika li l-industrija tiggenera, ma hemm l-ebda raguni valida ghaliex poplu, bl-akbar rassa ta' nies f'kull kilometru kwadru, ghandu jiccahhad u jaqsam l-ispazju limitat f'pajjizu ma' moviment tlett darbiet aktar mill-popolazzjoni indigena.
- Biex inkunu nafu ahjar dwar dak li qed nitkellmu dwaru nfakkar biss fl-istatistika li harget meta tnieda l-istudju mtella' mill-NTOM dwar l-impatt tal-industrija fuq l-ekonomija nazzjonali.
Fil-qosor it-turizmu jfisser:-
Mal-25% tal-Prodott Gross Nazzjonali
Kwazi 22% tad-dhul tal-Gvern
Madwar l-ekwivalenti ta' 27% tal-postijiet ta' xoghol
11½% tal-imports u outflows
Lm320 miljun nett tal-qligh li taghmel MaltaDawn ic-cifri wehedhom jiggustifikaw is-sagrificcji u, xi drabi, il-kompromessi, li kellu jaghmel il-poplu Malti biex ikun jista' jitrejjaq minn-nixxiegha tat-turizmu, ghajn li ssostni lill-kull faxx tal-popolazzjoni.
- Forsi d-domandi l-aktar pertinenti li nista' nissuggerixxi hekk fil-bidu ta' din il-presentazzjoni huma t-tnejn li gejjin.
Nissuggerixxi wkoll li kull membru tal-GRTU jistaqsi lilu nnifsu dawn il-mistoqsijiet.
It-turizmu jxerred hafna gid, x'sehem ghandi minn dan il-gid u kif nista' nkabbar dan is-sehem? Din mistoqsija li min hu fin-negozju jaqbillu jaghmel ta' kull jum. M'hawn hadd mill-imsehbin li ma jafux parti, anki zghira, mill-qligh taghhom ghat-turizmu. Zball jaghmlu jekk ihallu c-cansijiet ta' qligh gdid u profitt xieraq ghaddej.
It-tieni mistoqsija, forsi mhijiex daqshekk facli li twegibha.
It-turizmu jxerred hafna gid, x'ghamilt jien biex nizgura li l-gid ikompli jixxerred u jizdied? Nahseb li ftit huma dawk li ghaddhielhom dan il-hsieb minn mohhhom. Li jfisser li ftit huma dawk li harsu ‘l boghod u, flok stennew biss li jaqtghu l-frott, hadu hsieb indokraw is-sigra u zguraw li taghtihom aktar frott.
Qed insemmi l-membri tal-GRTU ghax qieghed hawn fostkom izda dak li nghid dwar uhud minnkom ighodd ghal kull kategorija, ghal kull klassi, kwazi ghal kulhadd.
- Bghattuli, u nirringrazzjakom, lista tal-kategoriji tal-membri tal-GRTU. Tista' tghid li thaddnu l-aktar firxa wiesgha ta' snajja, negozji u bejjiegha ta' servizzi.
Sfortunatament meta Ministru jitkellem dwar il-kontribut li wiehed jistenna li jsir mohh in-nies tmur mill-ewwel ghal hlas tat-taxxa u id in-nies lejn il-katnazz li jaghlaq il-but biex zgur ma johrog xejn.
Izda kontibut ma jfissirx biss flus. Kontribut ifisser ukoll hidma favur. Li ma taghmilx zbalji jew tkun hati ta' nuqqasijiet.
U allura nistaqsi lis-sidien tal-hwienet, b'mod specjali dawk ta' hawn il-Belt, fil-lokalitajiet turistici, kullimkien, x'gid qed jaghmlu billi jnaddfu hwejjighom, il-hanut taghhom, b'rizultat li jhammgu w jizdingaw l-ambjent ta' madwaru?
Sirt nisthi nghaddi minn Triq ir-Republika! Ghall-ghazz u l-egoizmu, u biex inkun aktar karitatevoli ejjew nghidulu nuqqas ta' hsieb, kwazi kulhadd johrog l-iskart sieghat qabel ma jghaddu tal-gbir. X'jiswa' lil tal-hwienet kieku johorguh fil-hin flok jigimgguh kull jum fil-kantunieri qisu rega' ghandna xi strajk iehor? Dak li qed nghid ghal Belt ighodd ukoll ghax-Xatt ta' tas-Sliema, ghal San Giljan, Paceville, Bugibba/Qawra, Marsaskala u Marsaxlokk. L-aktar nies hatja huma dawk li jmexxu ristoranti, snack-bars u take-aways, precizament l-izjed nies li ghandhom x'jitilfu.
Il-GRTU ghandha hafna imsehbin f'din il-kategorija u, jekk tippermettuli naghmlilkom mistoqsija, tistghu forsi tghiduli x'ghamlet il-GRTU biex il-membri taghkom jifthu ghajnejhom li qed jitilfu hobzhom b'eghmilhom stess?
Hawn ukoll nghid li din hi domanda li ma nindirizzahiex biss lil GRTU izda lir-rapprezentanti ta' kull kategorija, ta' kull klassi ta' operatur kummercjali u ekonomiku. Dan mhuwiex dnub li jikkommettuh biss il-membri tal-GRTU, fosthom is-sidien tal-kiosks u l-bejjiegha ta' bieb il-Belt, izda kulhadd.
- Ghax mhiniex imdorri niknes il-problemi taht it-tapit. Ghalhekk nhar it-Tnejn li ghadda laqqajt l-NTOM, l-ufficjali tal-Ministeru u tal-Air Malta ma' Martin Brackenbury, ic-Chairman tal-FTO, u flimkien mieghu gharbilna u stharrigna problema li ilha maghna almenu tlett snin.
Iva, Malta ilha tlett snin titlef market share mis-suq Ingliz.
Fost ir-ragunijiet li ssemmew hemm wahda li nistghu nsolvuha u naghmlu tajjeb ghaliha minghajr bzonn li nonfqu miljuni kbar. Ma tiswielna xejn.
- U hawn mistoqsija li nindirizza lil poplu Malti u Ghawdxi kollu, mhux biss il-membri tal-GRTU.
Ghaliex biex inzommu djarna pinna naslu biex inhammgu u nzebblu l-kampanja, il-widien, l-ispazji publici u t-toroq?
L-iskart mhux bhax-xita li tinzel mis-sema jew bhall-alka li jtella' l-bahar. L-iskart jarmuh u jitilqugh il-bnedmin.
- L-aktar il-kuntratturi tal-bini, li hafna minnhom ighixu mit-turizmu, li hafna minnhom huma, skond il-lista li tajtuni, imsehbin maghkom!
- Kuntratturi li jbattlu t-terrapien fil-kampanja u l-widien.
- Kuntatturi, li flok ihallu l-lant tax-xoghol kif imiss u kif trid il-ligi, jhallu d-debris u l-ingenji kif gie gie, ma kullimkien, ihammgu u jkerrhu l-ambjent, jimblukkaw it-toroq u jkissru l-bankini.
- Kuntratturi li minkejja li jghixu mit-turizmu jibdew ix-xoghol, it-tisbit u l-hsejjes, ukoll meta jahdmu fl-abitat, sahansitra qrib lukanda jew appartamenti u djar residenzjali fis-sieghat bikrin.
Qatt ghaddielhom minn mohhhom li b'hekk qed itellfu l-istess industrija li titmaghhom? Meta kien l-ahhar, nistaqsi, li l-GRTU fethet ghajnejn din il-kategorija li hi ghandha dmirijiet lejha nnifisha u lejn il-poplu Malti
Hawn kien il-Gvern li ta l-ezempju meta waqqaf ix-xoghlijiet pubblici f'zoni turistici. Ma nistenniex lill-kuntratturi jwaqqfu x-xoghol u jibghatu lill-haddiema d-dar izda ftit konsiderazzjoni u hafna aktar hsieb minghandhom nistennewh ilkoll.
Ghaliex m'ghandniex nistennew il-bdiewa jnehhu l-laned imsaddin u jtellghu flokhom l-hitan tas-sejjiegh imgarrfin? Li s-sajjieda, lil tal-Monti, lill-bejjiegha fit-triq, kollha membri taghkom; inaddfu warajhom? Lil min ghandu razzett bil-bhejjem li jzommu kif suppost?
- Iva, Martin Brackenbury, veru habib ta' Malta, qalilna bl-akbar frankezza u onesta dak li ahna ilna nafu sew izda, li donnu nisthu nammettuh u nsibuha bi tqila naghmlu xi haga dwaru.
Qalilna li wahda mill-ikreh griehi, kif ukoll raguni li qed itellifna t-turizmu, hi t-telqa zdingata, id-dehra dizutli tal-pajjiz. Dan kollu jwassal messagg negattiv dwar il-livell ta' ndafa u ta' edukazzjoni tal-poplu Malti.
Intom, sinjuri tal-GRTU ghandkom vuci awtorevoli u rispettata fost il-membri taghkom u fis-socjeta'. Nistenna minnkom li tuzawha u ssemmughha fil-publikazzjonijiet taghkom, fil-press releases, fl-artikoli, fil-laqghat li jkollkom mal-imsehbin. Tridu tkunu inthom u ohrajn bhalkom, li tghinu u tiehdu sehem maghna f'kampanja li tqajjem kuxjenza favur l-indafa fost kull faxx tal-poplu Malti.
Aktar ma jirnexxielna naslu ghand nies u nikkonvincuhom aktar ikun kbir il-premju.
Ghax aqta' l-hlas lill-lukandi u l-ispejjez li ghandhom x'jaqsmu mal-avjazzjoni, mal-40% li Malta taqla' mit-turizmu jmorru f'but l-imsehbin taghkom. Xejn inqas minn Lm165 miljun.
Il-qligh mit-turizmu jiggenera l-impiegi, ikattar aktar gid, aktar investimenti, li maghmul bl-ghaqal ifisser aktar qligh.
Izda l-qligh li gej mit-turizmu ghandu ‘imma' wahda. Biex jinkiseb iridu jigu t-turisti fostna. U biex ikollna t-turisti fostna la ghandna nisolhuhom, la ghandna nittrattaw jew nilqughom hazin, la ghandna nehduhom for granted u wisq inqas noholqu ambjent fostna u madwarna, l-istess ambjent li rridu nghixu fih ahna lkoll, li jnaffarhom u jbeghedhom minna.
It-turist tal-lum irriduh jigi ghada u pitghada. Kif inservuh fil-hwienet, kif naqduh u nittrattawh huma c-cavetta tieghu ghal bieb taghna.
- Intom organizzazzjoni li timxu b'politika mmirata biex tkattar il-gid ghall-industrija privata u l-avvanz tal-imprizi zghar u medji.
Taht l-umbrella tal-Unjoni Ewropea u t-turizmu hu settur li risponsabbli ghalih DG XXIII li jahseb ghall-imprizi zghar u ta' daqs medju.
Ghax f'pajjizna t-turizmu jmiss u jista' jkollu effett posittiv fuq l-imprizi kollha msehbin maghkom inheggigkom taghmlu hilitkom kollu biex tharsu l-istess hobza ta' kull jum tal-membri taghkom.
Min jipponta lejn il-Gvern u lejn il-Kunsilli u jieqaf hemm, min iwahhal fil-Pulizija, min jilmenta biss li t-tindif u t-tnehhija tal-iskart ma sarx, ghandu qabel kollox jiftakar li jekk irid jilmenta u jipponta sebghu jrid jaghmel dan l-ewwel u qabel kollox lejn min hammeg u lejn min naqas inaddaf jew naqas jaqbad lil min ihammeg.
Nistieden lil GRTU, ghal gid tal-istess membri taghha, tal-industrija tat-turizmu u tal-poplu kollu biex tissieheb maghna f'din il-kampanja edukativa u ta' awareness bil-ghan li jirnexxielna nibdlu kultura hazina li lill-pajjiz gabitlu biss ghajb u li, sahansitra issa, waslet biex thedded l-futur ekonomiku tal-poplu Malti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN