Registrazzjoni ghaz-zrieragh tal-patata
Id-Direttur ta' l-Agrikoltura jixtieq jgharraf lill-bdiewa, kif ukoll lill-Koperattivi tal-Bdiewa, li d-Dipartiment qieghed jilqa' kitba ghall-varjetajiet ta' patata Alpha (tal-qatgha safra) u Arran Banner(tal-qatgha bajda) biss, sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha, 20 ta' Awissu 1999.
Ir-registrazzjoni ghanda ssir mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn it-8 ta' filghodu u nofs-in-nhar f'dawn il-postijiet:-
- Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, 14 Triq M.A. Vassalli, il-Belt Valletta
- Ufficcju tal-Pitkalija, Ta' Qali
- Ufficini tal-Extension Service:
Civic Centre Mosta
Civic Centre Haz-Zabbar
Civic Centre Rabat
Triq San Gakbu, Siggiewi
- Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Ghawdex
- Ufficcju tal-Pitkalija, ir-Rabat, Ghawdex
Ir-registrazzjoni tista' ssir ukoll ghand il-Koperattivi tal-Bdiewa. Ghaldaqstant il-Koperattivi huma mitluba sabiex mhux iktar tard mis-27 ta' Awissu 1999, jibghatu lista b'ismijiet u indirizzi ta' bdiewa registrati maghhom, kif ukoll in-numru ta' xkejjer mitluba minn kull bidwi.
Dawk li jonqsu li jiehdu l-patata taz-zriegh mitluba minnhom jigu mgeghla jhallsu l-ispejjez ghal kull xkora li ma jiehdux jekk ma jinstabx bejgh taghha.
Il-bdiewa huma mfakkra li din is-sena l-ftehim ghall-esportazzjoni tal-patata ta' Malta lejn l-Olanda joffri prezzijiet ghall-2000 tunellata Sante' u 5000 tunellata Alpha. Ta' min isemmi li filwaqt li s-Sante' ghandha tigi msiefra bejn is-16 ta' Marzu u l-15 ta' April, l-Alpha tigi msiefra bejn is-17 ta' April u l-habta ta' nofs Mejju.
Rigward il-varjetajiet l-ohra, il-bdiewa ghandhom jirregolaw l-ordnijiet taghhom skond il-htigijiet tas-suq lokali. Il-kitba tal-varjetajiet (mhux Alpha u Arran Banner) ghanda ssir ghand l-impurtatur tal-varjetajiet relattivi.
Dawk li japplikaw ghandhom jiehdu l-biljett tar-raba u l-karta ta' l-identita maghhom meta jaghmlu l-ordnijiet tal-patata taz-zriegh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN