Left arrow Mur Lura

Progett ghar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina

PR1194
Date Icon 02/08/1999

Il-Gvern qiegħed iwettaq wegħda oħra elettorali billi qed iwaqqaf pro'ett għar-riabilitazzjoni ta' l-Imdina. Bħal fil-każ taż-żew' pro'etti l-oħra għall-Belt Valletta u l-Kottonera, ukoll imwaqqfa minn dan il-Gvern, dan il-pro'ett ukoll se jitmexxa minn kumitat b'rappreżentanza mill-Kunsill Lokali ta' l-Imdina kif ukoll b'residenti mill-Imdina. Fih ukoll esperti fil-qasam tar-restawr.

It-twaqqif tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina tħabbar waqt laqgħa li l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, kellu dalgħodu maċ-Chairman u membri ta' l-istess Kumitat, fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, li għaliha attendew ukoll is-Sindku u l-Kunsilliera.

Il-Kumitat hu magħmul mill-Perit Dennis de Lucca bħala Chairman, u s-Sur Lino Callus, Dr Saviour Scerri, Dr Simon Galea Testaferrata, is-Sur Mario Galea Testaferrata, is-Sur Richard Cachia Caruana, is-Sur Francis Tabone u d-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala membri. Is-Sur Ray Bondin hu s-Segretarju tal-Kumitat u Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett. Il-Perit de Lucca hu d-Dekan tal-Fakult'? ta' l-Arkitettura fl-Universit'? ta' Malta u studjuż dwar l-Imdina fost ħwejje' oħra.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern irid li dawn il-pro'etti jitmexxew b'kooperazzjoni sħiħa mal-Kunsilli Lokali tal-lokal konċernat b'involviment ukoll tar-residenti li huma rappreżentati kemm permezz tal-Kunsilli, kif ukoll b'mod dirett. Fil-każ partikolari ta' l-Imdina, il-preżenza tar-residenti hi bżonnjuża aktar minħabba li fl-Imdina r-residenti għandhom rwol importanti ħafna.

Filwaqt li stqarr li l-Gvern se jħalli lill-Kumitat jagħżel hu t-triq tal-ħidma tiegħu, hu żied li l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina twaqqaf għaliex l-Imdina timmerita li jkollha attenzjoni partikolari. Hu stqarr li minbarra li l-Imdina hi wieħed mill-'ojjelli ta' arkitettura f'pajjiżna, għadha turi l-passat tagħha b'mod awtentiku ħafna.

Il-Kumitat, kompla l-Ministru Zammit Dimech, għandu r-rwol li jħares dan il-wirt storiku, li jara li l-Imdina tkun konservata skond ir-regoli internazzjonali ta' wirt storiku, u li jippjana l-futur tagħha kemm bħala management, kif ukoll bħala żvilupp li jista' jkun hemm. Hu żied li l-Kumitat, li qed jingħata fondi speċjali għal dan l-iskop, irid jimxi fuq żew' linji prinċipali bħalma qed jagħmlu ż-żew' kumitati l-oħra ta' riabilitazzjoni, ji'ifieri dik li jirrestawra bini storiku u li jtejjeb l-ambjent ta' din il-belt storika.

Inizjattiva oħra li wieħed jistenna li dan il-Kumitat jieħu, kompla l-Ministru għall-Ambjent, hu li jistudja l-impatt tat-turiżmu fuq l-Imdina u jara kif dan l-iżvilupp jista' jitkompla, mingħajr iżda ma ssir ħsara lid-dehra u l-wirt storiku ta' din il-belt. Stħarri' ieħor li wieħed jistenna li jsir hu dak arkeolo'iku u storiku fuq il-bini u spazji fl-Imdina biex ikunu identifikati dawk l-inħawi fejn il-konservazzjoni għandha tingħata priorit'?.

Il-Ministru Zammit Dimech qal ukoll li għalkemm hu l-Kumitat li jrid jagħżel il-prioritajiet tiegħu, tinħass il-ħtie'a li tkun studjata s-sistema ta' dawl għall-fortifikazzjonijiet u l-pavimentar tat-toroq fl-Imdina. Dwar sistema ta' dawl għas-swar di''? qed isiru diskussjonijiet ma' l-espert Franċiż Franck Franjou, li di''? ta l-pariri siewja tiegħu dwar is-sistema ta' dawl fi Triq ir-Repubblika, Valletta.

Su''ett ukoll ta' ur'enza kbira hu l-ħarsien tas-swar u b'mod partikolari l-istudju dwar l-istat 'eolo'iku tagħhom. Hu esprima l-fehma li fil-qasam tar-restawr, l-akbar sfida tibqa' dik tal-Palazz Vilhena li għandu problemi kbar u partikolari.

Hu irrifera wkoll għall-ħidma li di''? twettqet mill-Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett, li di''? kellu sensiela ta' laqgħat preparatorji mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, mal-Unittar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, ma' l-Enemalta, il-Maltacom, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u mal-Melita Cable. Saru wkoll kuntatti ma' esperti internazzjonali dwar il-possibbilt'? li jitħejja master plan, filwaqt li di''? n'iebu żew' esperti Taljani biex jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-problemi sismiċi taħt il-Palazz Vilhena.

"M'hemmx dubju li l-Imdina hi mhux biss wirt Malti iżda wirt ta' importanza dinjija. Għalhekk, rwol importanti li se jkollu dan il-Kumitat hu li, flimkien ma' awtoritajiet oħra f'pajjiżna, jibda jwitti t-triq u jħejji l-applikazzjoni biex l-Imdina tidħol fil-lista ta' l-UNESCO tal-World Heritage Cities," temm il-Ministru Zammit Dimech.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow