Left arrow Mur Lura

Applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-Progett tal-Kottonera

PR1191
Date Icon 31/07/1999

Port Cottonera Ltd, waħda mill-konsorzji involuti fil-Pro'ett tal-Kottonera, mistennija tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar il-'imgħa d-dieħla. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech waqt diskussjoni dwar il-Pro'ett tal-Kottonera li saret il-bierah filghaxija fix-Xatt tal-Birgu.

Hu qal li l-elementi prinċipali li fuqhom se tkun ibbażata din l-applikazzjoni jinkludu:

• l-iżvilupp tal-Maċina f'faċilit'? kulturali u edukattiva, li possibbilment tkun tinkludi wkoll skola għat-tagħlim tal-lingwi;

• l-iżvilupp ta' l-imħażen tas-siment f'ċentru ta' ħwienet b'temi partikolari;

• l-iżvilupp tat-Teżorerija f'units li jkunu jikkonsistu fi ħwienet u stabbilimenti ta' l-ikel;

• l-iżvilupp ta' Scamp's Palace f'casin'?;

• l-iżvilupp tal-White Building u ta' parti mill-Palazz tal-Kaptan f'lukanda; u

• l-iżvilupp tal-kumplament tal-Palazz tal-Kaptan f'taħlita ta' uffiċini u ħwienet.

Dan il-konsorzju qed ukoll jaħdem biex jattira operaturi u investituri internazzjonali magħrufin biex imexxu l-lukanda u l-casin'?.

Fir-rigward ta' l-iżvilupp li se jsir mill-konsorzju l-ieħor, il-Cottonera Waterfront Group, il-Ministru Zammit Dimech qal li dan di''? issottometta l-applikazzjoni quddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar dwar l-iżvilupp kollu li qed jipproponi li se jagħmlu, ħlief għall-faċilitajiet għall-manutenzjoni tal-jottijiet peress li dwar din il-materja għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet, anki mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

L-iżvilupp li qed jipproponi dan il-konsorzju jinkludi:

• il-bini ta' appartamenti faċċata tal-Kalkara;

• l-iżvilupp tal-bini eżistenti fuq il-Menqa fi ħwienet, faċilitajiet għall-yachtsmen u appartamenti. F'dan l-iżvilupp se tinżamm l-istruttura storika eżistenti;

• it-twaqqigħ tal-bini li kien jintuża miċ-Ċiniżi b'mod li jinkixfu s-swar ta' Sant'An'lu, fejn se ssir pjazza li tkun tista' tintuża għal attivitajiet kulturali u attivitajiet oħra;

• il-bini ta' health farm b'40 kamra tas-sodda fil-post magħruf bħala Old Distillation Room;

• il-ħolqien ta' dark ride b'tema kulturali fil-mini li hemm taħt Sant'An'lu;

• l-iżvilupp ta' tliet swali kbar eżistenti f'ċentru tal-konferenzi; u

• il-bini ta' yacht marina b'600 post ta' rmi'' u li se tkun tinkorpora wkoll service station b'apparat mill-aktar modern.

Il-Ministru Zammit Dimech qal dan il-konsorzju jinsab wkoll f'negozjati ma' tliet operaturi internazzjonali – wieħed Ingliż, ieħor Bel'jan u ieħor Taljan – biex il-yacht marina tkun waħda tabilħaqq b'dehra internazzjonali b'mod li din ikollha impatt ekonomiku u soċjali li kulħadd jixtieq li jkun hemm.

Hu żied li inizjattiva oħra minn dan il-konsorzju hi l-kuntatti li qed isiru ma' soċjet'? internazzjonali involuta f'riċerka arkeolo'ika, l-Institute of Nautical Archaeology, li qed joffru li jagħmlu studju ta' qiegħ il-baħar fl-inħawi tal-Forti Sant'An'lu ħalli jekk jinstabu xi fdalijiet, dawn ikunu jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni ħalli ma ssirilhomx ħsara.

Hu semma wkoll it-twaqqif ta' Kumitat b'rappreżentanza tal-Gvern u taż-żew' konsorzji biex jikkoordina x-xogħlijiet li se jsiru u biex jidentifika l-ħti'iet f'dawk li huma servizzi ta' elettriku, ilma, drena'', telefon, żoni ta' parke'' u affarijiet oħra biex dawn ikunu jistgħu ji'u pjanati minn qabel. Dan il-kumitat di''? ltaqa' erba' darbiet.

Il-Ministru Zammit Dimech apprezza l-fatt li ż-żew' konsorzji qed jaħdmu b'koordinazzjoni sħiħa bejniethom u semma l-proposta li għamlu flimkien lit-Tarzna ta' Malta biex ikun żviluppat il-Baċir Nru 1.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow