L-Onor. Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali u l-komunita' kummercjali tal-Furjana
"Minn sitwazzjoni ta' suq stagnat ikkonfermat minn kull stharrig li kien sar taht il-Gvern precedenti, il-fatti illum kollha juru li l-ekonomija Maltija hierga mill-incertezza u s-sinjali kollha jixhdu li l-ekonomija qieghda tirkupra rizultat tal-mizuri li qeghdin jittiehdu". Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici f'laqgha li kellu mall-Kunsill Lokali tal-Furjana u mal-komunita' kummercjali tal-lokal.
"Dawn is-sinjali ta' fiducja huma ta' veru u johorgu mill-fatti u ghalhekk qbadna id-direzzjoni t-tajba jghid x'jghid kull min hu fl-interess tieghu li jnissel incertezza fil-pajjiz. Ir-rizultati li hargu mit-Trade Fair juru zieda fl-attendenza ta' 20 elf ruh filwaqt li giet irregistrata zieda fil-kummerc f'din il-Fiera. Indikaturi ewlenin mill-Bank Centrali bhal ma huma l-flus depozitati fil-banek zdiedu b'150 miljun lira fuq is-sena l-ohra, il-kejk nazzjonali (G.D.P.) zdied b'4 fil-mija filwaqt li aktar nies qeghdin isiefru. Dan kollu juri titjib fl-ekonomija tal-pajjiz."
"Meta tqis dan kollu flimkien ma zieda fl-importazzjoni ta' certi oggetti ta' l-fuq minn 20 fil-mija, kif inhuma l-appliances ghad-dar u x-xiri ta' karozzi tinduna li dan huwa pajjiz li qed johloq il-gid u l-poplu qed jonfoq. Minkejja dan qeghdin naraw bidliet fis-suq u d-domanda tal-konsUmatur saret taghraf il-prijoritajiet. L-impenn li ghandu jwassal ghal titjib fl-ekonomija ghandu jkun taghna lkoll."
"Il-Gvern Centrali ghandu r-responsabbilta tieghu izda l-Gvernijiet lokali ukoll iridu jibdew jgharfu jaghtu semhom skond ir-responsabbiltajiet taghhom. Izjed ma nahdmu flimkien bhala msiehba f'intrapriza wahda izjed is-success ikun taghna lkoll. Mis-success ekonomiku ta' Pajjizna igawdi kull cittadin kif ukoll il-Komunita."
"M'ghadux zmien fejn kollox jinbiegh u mhux kull settur tan-negozju qieghed ikollu l-istess esperjenza. Ghandna negozji li sejrin tajjeb u ohrajn li m' humiex sodisfatti bil-bejgh. Illum kull negozju huwa armat biex ibiegh aktar kif ukoll in-numru ta' negozji zdied tant li l-isfida tan-negozju titlob minn kull negozju li jkun aktar organizzat. B'hekk ikun kapaci jaghraf janalizza l-prijoritajiet tas-suq u jara kif bl-ahjar mod ser jaqdi d-domanda tal-konsumaturi li jrid jigbed lejn in-negozju tieghu. Bhala negozju filwaqt li nibqghu kompetituri ta' xulxin irridu nkunu kapaci niddiskutu flimkien l-imgieba tal-konsumatur."
"Huwa fatt li hergin minn zmien li fih rajna telfien ta' mpjiegi u decizjonijiet li wasslu lejn stagnar ekonomiku. Illum is-sitwazzjoni hija li l-impjiegi produttivi zdiedu b'iktar minn elf fuq is-sena l-ohra. Meta tghaqqad dan kollu ma zieda fl-esportazzjoni ta' 12 fil-mija, zieda fil-qliegh mit-turizmu ta' 7 fil-mija u zieda ohra ta' 8 fil-mija fil-produzzjoni ndustrijali ma tistax ma tasalx ghall-konkuzzjoni li l-poplu qed jaqla' iktar u jonfoq iktar. Huwa fatt pozittiv ukoll li l-poplu jhossu mohhu mistrieh aktar bit-triq lejn l-Unjoni Ewropea flimkien mad-decizjonijiet li jwasslu lejn l-introduzzjoni ta' taxxi aktar gusti, rohs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u sistema ta' refunds li thajjar l-investiment. Dan qed nghidu biex nuri kemm ghandna ekonomija sensittiva fejn l-anqas argument kapaci jaffettwa id-decizjonijiet tal-konsumatur."
"Ghaldaqstant biex inwessghu ix-xibka ta' komunikazzjoni mas-settur tan-negozju wasalna li jkollna programm ta' hidma ma' kull Kunsill Lokali u hekk ma' kull komunita' fejn qeghdin nidentifikaw sitwazzjonijiet li flimkien irridu nahdmu fuqhom biex noholqu kundizzjonijiet u infrastruttura li tghin lin-negozju jsir bla skumdita u tfixkil. Dan nghamluh bil-hsieb li naraw li n-negozju joffri s-servizz tieghu li ghandu jwassal il-komunita' lejn l-izvilupp shih taghha, ghaliex l-izvilupp tan-negozju m'ghandux isir b'detriment ghall-izvilupp tal-komunita'. B'dan il-hsieb irridu naslu li ngharrfu l-importanza ta' xulxin u nahdmu flimkien." temm ighid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN