Left arrow Go Back

Stharrig dwar il-htiega ta' haddiema mharrga fl-industrija tal-bini

PR1184
Date Icon 30/07/1999

Minkejja li l-industrija tal-bini għadha ma qabditx ir-ritmu mixtieq, qed ikomplu jiżdiedu t-talbiet mingħand kuntratturi privati għall-permessi meħtie'a biex ikunu jistgħu jħaddmu ħaddiema barranin peress li m'humiex isibu biżżejjed ħaddiema Maltin.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha ħabbar li l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, beda jagħmel stħarri' biex permezz tiegħu ssir magħrufa l-ħtie'a ta' ħaddiema mħarr'a fl-industrija tal-bini fil-ħames snin li 'ejjin. L-istħarri' qed isir flimkien mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħri'.

Hu ħabbar ukoll it-twaqqif ta' grupp konsultattiv bl-iskop li jinħoloq forum wiesgħa ta' diskussjoni biex ikunu indirizzati l-aspetti ta' l-edukazzjoni u t-taħri' f'din l-industrija.

Il-grupp jinkorpora rappreżentanza mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Iskola tal-Bini, l-Universit'? ta' Malta, il-Kamra tal-Periti, il-Kamra ta' l-In'iniera, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħri', il-Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Kunsill tax-Xjenza u Teknolo'ija u l-unions.

Il-Ministru Zammit Dimech spjega li waħda mill-funzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini hu li jħajjar aktar nies tas-sengħa jersqu lejn l-industrija tal-bini. L-istħarri' li se jsir għandu l-iskop li jara x'se jkunu l-ħti'iet ta' din l-industrija mil-lat ta' riżorsi umani, biex b'hekk ikun jista' jinbeda wkoll programm ta' taħri', b'mod partikolari f'teknolo'ija 'dida li żgur se jkunu jirrikjedu pro'etti li se jsiru fil-ħames snin li 'ejjin.

Hu semma wkoll li inizjattiva oħra li se jieħu l-Kunsill bl-iskop li jsaħħaħ l-edukazzjoni f'dan is-settur, hi pubblikazzjoni li se tibda toħro' minn żmien għal żmien u li fiha jibdew jingħataw dettalji dwar aspetti li jittrattaw il-kostruzzjoni, inkluż il-bini ta' toroq u xogħol ta' restawr. Din il-pubblikazzjoni se tibda toħro' perjodikament u se tkun miktuba b'terminolo'ija li tinftiehem minn kulħadd.

Inizjattiva oħra li l-Kunsill qed jieħu biex isaħħaħ l-edukazzjoni f'dan is-settur hi li ji'bor tagħrif xjentifiku li ippreżentaw fit-teżijiet tagħhom studenti fil-korsijiet ta' l-arkitettura u l-in'inerija ċivili f'dawn l-aħħar snin. B'hekk, l-aċċess għal din l-informazzjoni importanti se jsir aktar faċli.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll diversi inizjattivi oħra li qed jieħu l-Kunsill biex idaħħal aktar sens ta' professjonalit'? u koordinament fl-industrija tal-bini, fosthom it-tħejjija ta' regolamenti 'odda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow