Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd
Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia, qieghed manifestament jipprova jwebbel lill-bdiewa bi prezzijiet ghall-patata Alpha esportata, liema prezzijiet l-Onor. Farrugia stess jaf li ma jistghux jigu milhuqa. Din hija holma ohra bhal meta kien iddikjara li kien ser jesporta 40 tunnellata haxix fil-gimgha, esperjenza li spiccat fi fjask ekonomiku.
Dawn il-fatti gew ippubblikati llum mill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, b'risposta ghall-istqarrija qarrieqa li ghamel l-Onor. Farrugia f'dan ir-rigward. Il-Ministru Zammit spjega illi l-bdiewa jafu li l-Onor. Farrugia qed jikkwota cifri bl-addocc u minghajr ebda bazi reali. Dan ghaliex, skond il-ftehim imsemmi iktar kmieni, il-prezz minimu garantit nett ghall-patata Alpha, pagabbli lill-bdiewa, huwa ta' medja ta' madwar Lm10.20-il qantar. Meta l-Onor. Farrugia qed ixejjer il-prezz ta' Lm18.00-il qantar, qed jaghzel li jsemmi cifra illi hija
- ta' parti biss mill-esportazzjoni totali, dik bikrija, li ghandha l-oghla prezz minimu garantit
- il-prezz ta' qabel ma jinqatghu l-ispejjez kollha ta' ippakkjar u trasport.
Il-Perit Ninu Zammit fakkar li l-prezz ta' Lm14.20-il qantar, li qed jikkwota l-Onor. Farrugia, kien il-prezz rekord li diga' thallas lill-bdiewa li esportaw il-patata tal-varjeta' Sante skond il-ftehim li sar fi zmien il-Gvern prezenti. Il-Ministru kompla li qatt ma ta indikazzjoni dwar il-prezz ta' l-Alpha. L-Onor. Farrugia missu tghallem li l-kontijiet ma jistghux jinghalqu, u jithabbar prezz, qabel ma l-patata tinbiegh kollha u l-flus jaslu Malta. Dan issa sar, u l-prezz ghall-patata Alpha mistenni jigi mhabbar fi zmien qasir, wara liema zmien immedjatament jintbaghtu c-cekkijiet lill-bdiewa.
Il-Ministru qal ukoll li kuntrarjament ghal dak li gara s-sena l-ohra, din is-sena il-bdiewa ser jiehdu kull centezmu dovut lilhom minghajr tnaqqis. Huwa fakkar li s-sena l-ohra, il-bdiewa kienu tnaqqsulhom Lm13,500 minn bwiethom sabiex jigi mghotti l-falliment ta' l-esportazzjoni tal-hxejjex friski lejn l-Ingilterra.
Sadanittant, dwar allegazzjonijiet u akkuzi ohra infondati fl-istqarrija ta' l-Onor. Farrugia, il-Ministru Zammit habbar ukoll li ser jittiehdu passi legali fil-Qorti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN