Left arrow Mur Lura

Prezentazzjoni ta' Cheques lil zewg ghaqdiet non-governattivi

PR1175
Date Icon 29/07/1999

Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, dalghodu pprezenta zewg cekkijiet lill-ghaqdiet non-governattivi "Prison Fellowship" u "Welcome Home" li jaghmlu xoghol fil-Facilita` Korrettiva ta' Kordin.

L-Ghaqda Welcome Home irceviet cekk ta' Lm5000. Il-Progett Welcome Home ilu ghaddej sitt snin u pprovda akkomodazzjoni lil aktar minn 150 persuna li, ghal xi raguni jew ohra, spiccaw minghajr dar fejn joqoghdu. Il-maggoranza ta' dawk li talbu ghajnuna kienu zghazagh li minbarra problemi ta' akkomodazzjoni kellhom bzonn ukoll ghajnuna biex isibu xoghol.

Il-Progett Welcome Home, li twaqqaf minn Patri Leopoldu, illum huwa mmexxi minn Bord ta' Gvernaturi u ghall-ewwel darba nstab ko-ordinatur full-time li qed imexxi l-progett. L-ghan tal-Bord il-Gdid huwa li jipprovdi ghajnuna aktar wiesgha liz-zghazagh bil-ghan specifiku li jipprevjeni d-delinkwenza fosthom.

F'dan id-dawl il-Welcome Home qed tfassal progett iehor biex jipprovdi kenn, kif ukoll programmi socjo-edukattivi, ghal dawk l-adoloxxenti li ma jkunux jghixu f'darhom u allura jinsabu f'riskju akbar.

L-Ghaqda Prison Fellowship hija ghaqda internazzjonali li l-fergha taghha f'Malta ilha topera ghal dawn l-ahhar ghaxar snin. L-ghaqda tiehu hsieb il-bzonnijiet tal-prigunieri fil-habs, kif ukoll ghajnuna lill-familjari taghhom.

Wiehed mill-progetti tal-Prison Fellowship huwa "Matthew - 25: Kont il-Habs u gejt izzurni." Dan huwa progett immirat lejn prigunieri barranin, fejn jinstabu koppji Maltin li fuq bazi volontarja, izuru lil dawn il-prigunieri li ma jkollhomx min izurhom.

Progett iehor tal-Fellowship huwa l-Angel Tree Club. Dan huwa klabb immirat lejn it-tfal tal-prigunieri. Il-Prison Fellowship, permezz ta' dan il-klabb jorganizza attivitajiet u hargiet lit-tfal ta' bejn l-erba' u l-erbatax-il sena li jkollhom wiehed mill-genituri taghhom residenti fil-Facilita` Korrettiva ta' Kordin.

Il-Prison Fellowship gew ipprezentati b'cekk ta' Lm3,000.

Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, irringrazzja liz-zewg ghaqdiet ta' l-ghajnuna li jaghtu biex il-Facilita` Korrettiva ta' Kordin isservi l-ghan ewlieni taghha, dik li tkun post ta' riforma vera lir-residenti.

Huwa fisser li x-xoghol li qed jaghmlu dawn iz-zewg ghaqdiet fil-Habs huwa siewi hafna, l-aktar ghax qed jghin biex titnaqqas l-istigma li sfortunatament il-habs huwa mdawwar biha, kif ukoll biex tghin lill-habsin matul il-perjodu ta' detenzjoni, kif ukoll biex jergghu jibnu hajjithom mill-gdid ladarba jservu s-sentenza taghhom.

Ghac-cermonja tal-prezentazzjoni tac-cekkijiet kien prezenti c-Chairman tal-Board of Governors tal-Welcome Home, is-Sur Joe Gerada u l-membru tal-Bord, is-Sur Richard Galea, flimkien mal-fundatur tal-progett Patri Leopoldu.

Attenda wkoll il-ko-ordinatur tal-Prison Fellowship, is-Sur Mark Vella u l-Assistant Chairman, is-Sur Alfred Bajada.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow