Inawgurata funtana fuq il-bahar f'Bugibba
L-eluf ta' Maltin u turisti li jinvadu l-lokalit'? popolari ta' Bu'ibba matul ix-xhur tas-sajf mil-lum bdew igawdu minn attrazzjoni 'dida – funtana fuq il-baħar fil-Bajja ta' Bu'ibba faċċata ta' Misraħ il-Bajja.
Il-funtana, li tqegħdet madwar 100 metru 'l barra mix-xatt, kienet inawgurata il-lejla mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, li stqarr l-impenn tal-Ministeru mhux biss favur il-ħarsien ta' l-ambjent iżda wkoll li jkompli għaddej b'ħidma ħalli jsebbaħ l-ambjent ta' pajjiżna.
Il-funtana, li nħadmet fil-Ġermanja, tikkonsisti fi pjattaforma, marbuta ma qiegħ il-baħar f'fond ta' sitt metri, pompa u pajp maħduma kollha minn azzar reżistenti għall-ilma u l-melħ tal-baħar. Il-pompa, li hi kontrollata b'sistema elettrika li tqegħdet f'kamra li nbniet apposta fuq l-art, tipproduċi funtana ta' ilma f'għoli ta' madwar 30 metru. Dan l-għoli hu kontrollat permezz ta' wind sensor stallat qrib il-kamra tal-kontroll, biex kemm jista' jkun jonqos ir-raxx ta' l-ilma meta jitqawwa r-riħ.
Il-ħsieb hu li l-funtana tibda titħaddem 24 siegħa kuljum matul ix-xhur tas-sajf.
Filwaqt li qal li din il-funtana tkompli tikkumplimenta x-xogħlijiet ta' ti'did li saru f'Bu'ibba f'dawn l-aħħar snin, il-Ministru Zammit Dimech irrifera għal xogħlijiet li għadhom għaddejjin bħalissa, inklużi dawk ta' manutenzjoni. Hu semma fost l-oħrajn il-pro'ett li qed isir fl-inħawi tal-boathouses fil-Qawra u t-twaqqigħ tal-ħajt mostruż li kien inbena wara l-kappella ta' San Pawl. Hu qal li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar dwar xogħol li se jsir fl-istess sit bażat fuq disinji li tħejjew u li fihom qed ikun propost l-użu ta' geotextiles.
Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll is-sehem tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent f'xogħlijiet ta' manutenzjoni, fosthom ix-xogħol estensiv li qed isir fl-arbli tal-fanali li kienu twaħħlu tul il-promenade kollha biex jinqered is-sadid li żviluppa fihom kawża ta' nuqqasijiet fi żmien li kienu stallati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN