Left arrow Mur Lura

Ko-ordinazzjoni ta' hidma f'Ghawdex ghal matul iz-zmien tas-Sajf

PR1149
Date Icon 23/07/1999

Fix-xhur tas-Sajf, numru kbir ta' turisti Maltin u barranin jzuru lil Ghawdex ghall-btala taghhom. Mill-ewwel ta' din is-sena sa l-ahhar ta' Gunju qasmu 1,331,701 passiggier bejn iz-zewg gzejjer, zieda ta' 55, 059 passigier fuq is-sena l-ohra fl-istess xhur. Fl-istess sitt xhur, qasmu 298,130 vettura, zieda ta' 30,477 fuq l-istess perijodu tas-sena l-ohra.

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono qalet dan dal-ghodu meta ltaqghet ma' kapijiet u rapprezentanti tad-Dipartimenti tal-Gvern u organizazzjonijiet parastatali illi l-hidma taghhom hija krucjali ghaz-zamma ta' l-ordni f'Ghawdex fix-xhur tas-Sajf. Ghal din il-laqgha gew mistiedna rapprezentanti mill-Pulizija u mill-Forzi Armati, mill-Air Malta u l-Gozo Channel, mid-Dipartimenti tas-Sahha, tas-Sanita, ta' l-Indafa Pubblika, tax-Xogholijiet u ta' l-Awtorita' Marittima.

Il-Ministru ghal Ghawdex qalet illi dawn id-dipartimenti u l-organizazzjonijiet ghandhom jahdmu flimkien sabiex jibqghu jaghtu l-ahjar servizz kemm lit-turisti Maltin u barranin illi jzuruna kif ukoll lill-poplu Ghawdxi. Il-Ministru Debono qalet illi din is-sena ghall-ewwel darba f'Ghawdex qed jigi introdott is-servizz ta' Baywatch fil-bajjiet ta' Marsalforn, Xlendi u Ramla l-Hamra b'kollaborazzjoni mar-Red Cross. Dan is-servizz ilu jinghata f'diversi bajjiet gewwa Malta ghal dawn l-ahhar tlett snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow