Left arrow Mur Lura

Stqarrija mahruga mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd flimkien mal-Poultry Processors Association

PR1148
Date Icon 23/07/1999

Fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, illum il-Gimgha, 23 ta' Lulju 1999, saret laqgha bejn il-membri kollha tal-Poultry Processors Association, u delegazzjoni tal-Gvern, immexxija mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit.

F'din il-laqgha, tqajjmu diversi punti ta' interess ghall-industrija ta' l-ipprocessar tat-tigieg u intlahaq qbil fuq dawn il-punti –

  1. Sa l-ahhar ta' Settembru ta' din is-sena, kull min ikun jipprocessa t-tigieg irid ikun gie konformi mar-regolamenti kollha ezistenti dwar licenzjar. Wara din id-data, dawk li jkunu ghadhom ma gewx konformi m'humiex ser jithallew joperaw mill-awtoritajiet. L-Assocjazzjoni intrabtet illi ma taccettax bhala membri taghha lil dawk il-processuri li, peress li ma jkunux instabu konformi mill-ispezzjonijiet ta' l-awtoritajiet, ma jkollhomx licenzja tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji. Mhux ser jinhargu jew jiggeddu iktar licenzji temporanji wara din id-data.
  2. Il-processuri ftehmu illi jipprovdu immedjatament lid-Dipartiment, l-informazzjoni kollha dwar l-arrangamenti li diga ghandhom mal-bdiewa li jkabbru t-tigieg ghalihom. Dan sabiex f'kaz li xi biccerija tkun ser tinghalaq, id-Dipartiment ikun jista javza lil min irabbi ghal dan il-processur partikolari, halli il-bidwi ma jinqabadx b'numru ta' tigieg li ma jkollux fejn jipprocessa.

Dawn l-arrangamenti u infurzar ta' regolamenti qeghdin isiru bi qbil u koperazzjoni bejn il-processuri u l-Ministeru fl-ahjar interessi tal-konsumatur Malti, kemm bhala kwalita' ta' prodott u kif ukoll b'konsiderazzjonijiet partikolari fl-oqsma tas-sahha u tal-igjene. Il-processuri investew u ghaddejin bi programm ta' titjib fil-livelli ta' produzzjoni, liema livell diga ghola sostanzjalment. Dan qed isir mhux biss bhala preparazzjoni ghal dhul fl-Unjoni Ewropeja, izda wkoll ghall-gid ta' l-industrija, u ghax jemmnu li ghandhom id-dmir u l-obbligu li jaqdu lill-konsumatur Malti bl-ahjar servizz possibbli kif jixraqlu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow