Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jaghmel libell lil MP Anglu Farrugia u lil Manuel Cuschieri

PR1146
Date Icon 23/07/1999

Il-Prim Ministru ressaq zewg citazzjonijiet separati -- wahda kontra d-Deputat Laburista Anglu Farrugia, li deher ghas-Sur Ian Farrugia fit-tieni guri tieghu akkuzat bl-attentat ta' qtil ta' l-Assistent Personali tal-Prim Ministru, u l-ohra kontra l-Vici-President tal-Partit Laburista Manwel Cuschieri, li jipprezenta programm fuq Super One Radio. Iz-zewg libelli saru wkoll wara rimarki li ghamlu t-tnejn li huma wara li ntemm il-guri ta' Ian Farrugia.

Fuq il-programm Tajjeb li tkun Taf, id-Deputat Laburista Anglu Farrugia stqarr nhar l-14 ta' Lulju "Il-verita` li l-Prim Ministru meta wasal ghaliha din kien hemm bil-fors, fl-opinjoni tieghi, xi kundizzjonijiet biex huwa jkun jista' jixhed u jixhed x'xehed. Jixhed il-verita` kif iridha hu, ghax il-verita` kif inhi illum jafha kulhadd (...) Tista' ssejhilha frame-up, ssejhilha li trid, cover-up ghal xi hadd, frame-up."

Fi programm iehor fl-istess sensiela Manwel Cuschieri qal "Ghidilna Sur Prim Ministru, hawn xi hadd f'dal-pajjiz li bhalissa qed jirrikattak? Qed izommok milli taghmel dak li ghandek taghmel fl-interess tal-gustizzja? (...) Lill-Prim Ministru ... qed insaqsuh bis-serjeta` jekk huwiex rikattat minn xi hadd, jekk xi hadd jaf xi haga dwaru, dwar il-movimenti tieghu, dwar il-movimenti ta' nies vicin id-dar tieghu, u jista' jghid xi haga."

L-istqarrijiet t'Anglu Farrugia u ta' Manwel Cuschieri huma t-tnejn mahsuba biex ihammgu b'akkuzi qarrieqa u giddieba lill-Prim Ministru.

Fic-citazzjonijiet kontra Anglu Farrugia u Manwel Cuschieri qed ikun citat ukoll is-Sur Felix Agius bhala Editur ta' Super One Radio.

Ic-citazzjonijiet kienu ffirmati mill-Avukat Joe Zammit Maempel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow