Left arrow Mur Lura

Servizz ta' Baywatch fi tlett bajjiet Ghawdxin

PR1145
Date Icon 23/07/1999

Is-servizz tal-Baywatch ilu jinghata f'diversi bajjiet f'Malta ghal dawn l-ahhar tlett snin u issa bl-ghajnuna tal-Ministeru ghal Ghawdex, tar-Red Cross ta' Malta u ta' l-Italja flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, l-baywatch issa qed jigi estiz ghal Ghawdex ukoll. Dan is-servizz gdid ghal Ghawdex, li se jkun ipprovdut fi tlett bajjiet l-aktar popolari li huma Marsalforn, Xlendi u Ramla l-Hamra, gie nawgurat ufficcjalment dalghodu mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex.

Fil-bajjiet imsemmija, minbarra t-torrijiet fejn il-voluntiera jkunu jistghu jaraw x'qed jigri fil-bahar, se jkun hemm ukoll kamra attrezzata bdak li jkun bzonn fil-first aid, apparat iehor necessarju u dinghies biex jghinu lill-individwi li jsibu ruhhom f'diffikulta' fuq il-bahar. F'kull bajja se jkun hemm sistema ta' komunikazzjoni bejn il-voluntiera biex f'kaz li jsehh xi incident dawn ikunu jistghu jikkordinaw xogholhom b'mod efficjenti.

Waqt diskors ta' l-okkazzjoni il-Ministru Debono habbret li huwa ppjanat li Ghawdex ikollu l-core group tieghu sabiex iktar ‘l quddiem dan il-grupp ikun jista' jghallem lil xi membri ohra tas-socjeta' tar-Red Cross. La darba din is-socjeta' tikber is-servizz tal-baywatch ikun jista' jigi estiz ghal diversi bajjiet ohra gewwa Ghawdex kif ukoll jibqa' ghaddej matul id-diversi attivitajiet li jsiru matul ix-xhur tax-xitwa.

Huwa mahsub ukoll li meta jinfetah l-ufficcju tar-Red Cross gewwa Ghawdex, dan l-ufficcju jkun mghammar b'ambulanza biex din is-socjeta tkun tista' taqdi l-pubbliku f'kazi ta' emergenza. Dan kollu qed isir possibbli bl-ghajnuna finanzjarja li gejja mill-Italja. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili wkoll jghin lil dan l-ufficcju bil-fuel, radios u anke jibda' jinghata allowance ghall-ikel lill-membri ta' din is-socjeta'.

Ir-Red Cross f'Malta u Ghawdex se toffri ukoll is-servizz ta' Tracing Requests. Dan is-servizz ser jipprovdi informazzjoni mitluba fuq familjari jew hbieb li jkunu jinsabu f'pajjiz li jkun ghaddej minn xi inkwiet u glied.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow