Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni igiddeb rapport li deher f'"l-Orizzont" dwar it-Triq ta' Hal Far

PR1138
Date Icon 21/07/1999

L-artiklu "Il-GRTU twissi lill-Gvern b'azzjonijiet jekk il-pro'ett ma' jinbedhiex mill-aktar fis" (L-Orizzont, 21 ta' Lulju, 1999) jitkellem dwar il-pro'ett tat-triq ta' '?al Far. L-artiklu jista' jitqies bħala wieħed ibbażat fuq il-gidba li l-problemi biex ix-xogħol fuq din it-triq jinbeda, nħolqu wara l-bidla fil-Gvern fl-elezzjoni li għaddiet bil-ħru' mill-'did ta' ‘tender' għal xogħol fit-triq imsemmija.
Il-paragrafu 2 u 3 ta' dan ir-rapport, ji'ifieri dak li jsegwi:

"L-istorja bdiet fi żmien il-gvern Laburista preċedenti meta dan kien ħare' sejħa għall-offerti għall-bini mill-'did ta' Triq '?al Far. Jidher li l-għażla saret u l-pro'ett ingħata lill-kuntrattur.

Ġara iżda li malli saret il-bidla fit-tmexxijatal-pajjiż is-sena li għaddiet, il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jer'a' joħro' sejħa għall-offerti oħra minkejja li l-kuntratt kien di'a ngħata. Il-ħru' tat-tieni offerta saret u ngħażel it-tieni kuntrattur, bil-konsegwenza li qamet kwistjoni bejn iż-żew' kuntratturi u x-xogħol fuq il-pro'ett intefa' lura"

huma gidba waħda.

Fil-fatt l-ewwel kuntrattur kien ingħata l-kuntratt tax-xogħol biex jibda l-ewwel fażi ta' rikostruzzjoni ta' din it-triq, permezz ta' ittra datata 4 t'Ottubru, 1996. Dakinhar id-Dipartiment tal-Kuntratti kien informa lill-kuntrattur li hu kien ingħata parti mix-xogħol marbut mar-rikostruzzjoni ta' Triq '?al-Far.

Dan juri li minn dak iż-żmien, l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħasset il-ħtie'a li din it-triq ti'i rran'ata, propju minħabba l-istat li kienet fiha.

'?al ra'unijiet li jista' jkun jafhom biss il-Gvern preċedenti, dan ix-xogħol ma nbeda qatt matul iż-żmien tal-amministrazzjoni preċedenti. Il-fatt li x-xogħol ma nbediex kien qed ifisser iktar ħsara għat-triq, u wkoll għal dawk li kienu qed jużawha.

Fil-fatt hu stramb ħafna kif xogħol li suppost kellu jinbeda fl-1996 baqa' ma nbediex sa l-1998.

Madankollu, fil-perjodu mqalleb ta' Lulju u Awissu 1998, il-Gvern preċedenti ddeċieda li jer'a' joħro' tender oħra fuq l-istess parti tat-triq li di'a kellha kuntrattur, li ilu iktar minn sena u nofs jistenna biex jagħmel ix-xogħol f'din it-triq. Fil-fatt it-tender dwar dan ix-xogħol ħar'et f'Awissu 1998.

Matul l-għaxar xhur li għaddew, kemm il-kuntrattur ori'inali, kif wkoll il-kuntrattur li kellu l-irħas offerta fit-tieni tender, għamlu rappreżentazzjonijiet legali dwar dan ix-xogħol.

F'dawn iċ-ċirkostanzi maħluqa mill-Gvern preċedenti, u minħabba l-importanza tat-triq in kwistjoni, il-Ministru Ċensu Galea personalment, flimkien mad-Direttur tat-Toroq, ippruvaw isibu soluzzjoni għal din il-problema.

Fil-fatt kien biss matul il-'imgħa li għaddiet li finalment id-Dipartiment tal-Kuntratti wasal għal deċiżjoni dwar x'jista' jsir biex ix-xogħol tant meħtie' jinbeda u jitlesta, u wkoll ji'u evitati ħafna proċeduri legali li jkomplu jtawlu l-perjodu ta' żmien li fih it-triq tkompli tiħzien.

It-Triq ta' '?al Far hi waħda minn dawk li ilhom indikati bħala li trid titlesta kemm jista' jkun malajr sa mill-1996. L-esperti Ġermaniżi wkoll qablu li din it-triq trid titkompla u titlesta fl-iqsar żmien possibli.

Li issa l-Oriżżont tipprova taqleb kollox ta' taħt fuq biex tagħti t-tort lill-Gvern preżenti għal dak li kien responsabbli minnu l-Gvern preċedenti jista' jitqies biss bħala attentat ta' misinformazzjoni lill-pubbliku, u wkoll gidba.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow