Left arrow Go Back

Id-Dipartiment tas-Sahha jikteb lil MUMN dwar it-Team Midwifery

PR1137
Date Icon 21/07/1999

Qed nippubblikaw ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lis-Segretarju Generali ta' l-MUMN dwar Team Midwifery fl-Isptar San Luqa.

DH 229/96

21 ta' Lulju 1999

Mr Colin Galea
Segretarju Generali
MUMN

TEAM MIDWIFERY

Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 19 ta' Lulju rigward is-suggett hawn fuq msemmi.

Mill-kontenut ta' l-ittra tieghek jidher car li l-Union tieghek jew ma tistax jew ma tridx tifhem il-bazi li fuqha ittiehdet id-decizzjoni ghal tibdil fir-rwol li ghandhom il-midwives fil- kura t'ommijiet tqal. Jidher car li l-Union ma tridx taghmel distinzjoni bejn dak li hu ta' natura manigerjali u dak li hu ta' natura tradunjonistika. Hafna mill-allegazzjonijiet u asserzjonijiet li inti taghmel fl-ittra tieghek huma bla bazi u jirriflettu li, fl-assenza t'argumenti sodi li fuqhom wiehed jibbaza l-pozizzjoni tieghu, inti ghogbok iddur ghall-attaki personali lejja.

Jidher car li l-messagg tieghi ghadu ma giex mifhum mill-Union tieghek u ghaldaqstant inhoss illi biex jigu ccarati l-affarijiet ma hemmx alternattiva ohra hlief li niltaqghu. Biex dan isir, jiena nkun lest li niltaqa' ma rapprezentati tal-Union tieghek jekk l-Union tkun lesta li tirtira d-direttivi mahruga sa issa, u dan bla pregudizzju ghal kwalunkwe sitwazzjoni finali li nistghu naslu ghaliha.

Dr. Ray Busuttil
Direttur Generali tas-Sahha

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow