Left arrow Go Back

Inawgurata l-Ghassa l-gdida tal-Pulizija fil-Belt Valletta

PR1136
Date Icon 21/07/1999

Il-Ministru tal-Intern Dr Tonio Borg dalghodu inawgura ufficjalment l-ghassa l-gdida fil-Belt Valleta u ddeskriviha bhala wahda li tirrifletti wahda mill-ghanijiet li nsibu fil-Pjan Strategiku tal-Pulizija - dik li l-haddiema jkunu motivati. Fil-fatt wiehed mill-oggettivi tal-Korp biex jimmotiva aktar lill-haddiema tieghu huwa li jtejjeb l-ambjent tax-xoghol ghall-Pulizija permezz ta' programm ta' rijabilitazzjoni u modernizzar ta' l-ghases.

L-ghases huma importanti hafna, qal il-Ministru Borg, l-aktar ghax minnhom wiehed jista' jiehu l-ewwel impressjoni ta' x'servizz jistenna meta jfittex l-ghajnuna tal-Pulizija. Hafna drabi, min imur f'ghassa jkollu xi problema, u ghalhekk hu mportanti li jsib ambjent li jilqghu. Barra minn hekk, kompla l-Ministru, ambjent professjonali jimmotiva u jgholli l-moral tal-haddiema li jahdmu fiha.

Il-Ministru Borg irrefera wkoll ghaz-zjara li kien ghamel aktar kmieni fil-ghodu fl-ghassa tal-Qawra li ghadha kemm giet rijabilitata bil-ghajnuna tal-Ghaqda tal-Qraba tal-Pulizija. Huwa fahhar lill-ghaqda ghax-xoghol li ghamlet.

Barra minn din l-ghassa, kien hemm ukoll dik ta' Hal Balzan li giet rijabilitata kompletament. Il-Ministru nnota b'sodisfazzjon li l-programm ta' rijabbilitazzjoni tal-ghases qed jaghmel progress serju b'konsistenza.

Il-htiega ta' ghassa gdida ghall-Belt Valletta ilha tinhass, qal il-Ministru Borg, per'? saret realt'? meta l-Ministeru tal-Gustizzja hass li l-bini tal-Qorti jintuza kollu kemm hu u peress li l-ghassa tal-Belt il-qadima kienet taghmel parti mill-bini, kien hemm bzonn li jinstab post alternattiv.

Ghalhekk inghazel il-bini li sa ftit zmien ilu kien iservi ta' Parcel Post Office u llum gie rijabilitat biex iservi ta' ghassa moderna bil-facilitajiet kollha li tixraq lill-Belt Kapitali taghna.

Ix-xoghol preparatorju fuq din l-ghassa beda fi Frar tas-sena li ghaddiet, filwaqt li x-xoghol kuntrattwali beda f'April ta' l-istess sena. Ix-xoghol ta' l-istruttura tal-bini u dak kuntrattwali gie jiswa tmenin elf lira (Lm80,000).

Il-Ministru rrigrazzja lill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali li ffinanzja dan il-progett, lil dawk l-ufficjali tal-Korp li kienu nvoluti f'dan il-progett u lill-Ministeru tal-Ambjent li pprovda l-haddiema u l-periti biex ikkonvertew dan il-bini f'ghassa tassew moderna.

Prezenti ghac-cerimonja kien hemm ukoll il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt li qal li l-ispazju fejn kien hemm l-ghassa l-qadima tal-Belt issa se jibda jintuza ghar-Registru tal-Qorti. Attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow