Bejtiet il-Lingwa: Aspetti ta' Lingwa fil-folklor Malti - Pubblikazzjoni gdida tad-Dipartiment ta? l-Informazzjoni
Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ghadu kif ippubblika l-ktieb Bejtiet il-Lingwa ta' Tarcisju Zarb. Dan sar bil-ghan li, fit-tradizzjoni ta' l-istess Dipartiment, jitkomplew inizjattivi ta' pubblikazzjonijiet ta' xehta kulturali u informattiva li jappellaw ghall-poplu Malti in generali.
L-ghan tal-ktieb huwa mfisser mill-awtur stess. Tarcisju Zarb jistqarr li:
Dan l-istudju qieghed isir bil-ghan li, bhala poplu, nibdew napprezzaw ilsienna, billi nigbru u nanalizzaw dan l-ilsien minn ghejun folkloristici.
Fid-dahla, Zarb jispjega li l-ktieb fih:
kliem, ritratti, u riflessjonijiet ta' xehta lingwistika, folkloristika u antropologika (li) jghinuna naghtu harsa lejn x'hemm jahdem fil-qiegh tal-mod kif nesprimu lilna nfusna.
Fih ukoll:
talb, ghana, hrejjef, qwiel, idjomi (li) direttament u indirettament. . . jahdmu fuq kliemna, il-fantasiji taghna u l-mod kif norganizzaw il-hsieb.
Bejtiet il-Lingwa ta' Tarcisju Zarb, huwa bidu tajjeb ghal min ghandu interess jidhol aktar fil-fond ta' l-aspetti folkloristici ta' lsienna. Huwa wkoll ghodda siewja ghal ghalliema u studenti, fi skejjel sekondarji u dawk oghla, li fil-coursework taghhom jittrattaw xi aspett tal-folklor jew, kif kien isejjahlu Patri Magri, "gherf bla miktub ta' missirijietna". U dan ghax jaghti bosta hjilijiet mnejn wiehed ghandu jibda u kif jista' jkompli jizviluppa xi tema partikulari.
Issahhah dak li jinghad fit-test hemm ghazla sabiha ta' ritratti li saret apposta ghall-ktieb minn Philip Xuereb. Il-gabra ta' ritratti hija intiza biex, mhux biss turi t-tip ta' nies, l-istil ta' hajja u l-ambjenti ta' pajjizna li issa tant inbidlu u li fihom trabbiet u trawmet il-lingwa, imma permezz tal-captions tithajjar tivvizwalizza direttament dawk l-aspetti ta' lingwa.
Il-ktieb Bejtiet il-Lingwajinbiegh bil-prezz ta' Lm2 mill-Bookshop tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, sur ta' San Gakbu, Pjazza Kastilja, Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN