Left arrow Go Back

Se titressaq fil-Parlament il-Ligi gdida dwar il-Harsien ta' l-Ambjent

PR1124
Date Icon 17/07/1999

Il-'imgħa d-dieħla mistenni jitressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Li'i 'dida dwar il-ħarsien ta' l-ambjent, li se tieħu post il-li'i li kienet saret fl-1991. Il-li'i l-'dida, li tfasslet bl-għajnuna ta' konsulenti mibgħuta mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), se tkun konformi mar-regolamenti u direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla attenda għal attivit'? oħra f'Marsaskala bħala parti mill-kampanja Għal Baħar Aktar Nadif.

Il-MinistruZammit Dimech qal li f'din il-li'i se jidħlu diversi prinċipji 'odda u se tistabbilixxi qafas biex jippromwovi l-immani''jar integrat ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali. Qal ukoll li anki l-pubbliku se jingħata l-opportunit'? li jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-li'i qabel ma din tkun approvata mill-Parlament.

Hu irrifera wkoll għall-ħidma li qegħda ssir biex tibda tkun riżolta l-problema akuta ta' l-iskart.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dawn l-aħħar xhur kien hawn numru kbir ta' intrapriżi u individwi, kemm Maltin kif ukoll barranin, li resqu 'l quddiem bis-su''erimenti tagħhom dwar kif, fl-opinjoni tagħhom, tista' tinstab l-aħjar soluzzjoni. Dawn l-ideat qed ikunu studjati. Barra minhekk, kompla l-Ministru Zammit Dimech, għaddejja ħidma biex sa tmiem din is-sena jitlestew kemm l-istrate'ija dwar l-immani'jar ta' l-iskart, kif ukoll il-pjan ta' l-implimentazzjoni ta' l-istess strate'ija.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-ħidma li ssir mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, permezz tal-Pollution Control Co-ordinating Unit, biex ikun ikkontrollat, fost l-oħrajn, it-tni''iż fil-baħar u qal li hu ta' sodisfazzjon li wieħed jinnota li l-konsultenti li ħejjew l-ewwel rapport dwar l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna sabu li l-kwalit'? ta' l-ilma baħar tjiebet sostanzjalment wara li tliet snin ilu l-Gvern kien wettaq programm estensiv biex tissaħħaħ is-sistema tad-drena'' f'diversi nħawi tal-gżejjer Maltin, inklużi San Pawl il-Baħar, Bu'ibba, San Ġiljan u Marsaskala.

Filwaqt li semma li hawn ma' l-24 lokalit'? f'Malta, għaxra f'Għawdex u tlieta f'Kemuna, fosthom l-aktar bajjiet popolari, li jkunu iċċekkjati fuq bażi regolari matul is-sajf, il-Ministru Zammit Dimech qal li skond dawn l-esperti, in-numru ta' lokalitajiet b'ilma tal-baħar nadif żdied f'dawn l-aħħar tliet snin. Hu qal li m'hemm l-ebda dubju li dan kien dovut għall-ħidma li twettqet fis-snin li għaddew, b'mod partikolari bejn l-1995 u l-1996, ħalli jonqos it-tni''is tal-baħar mid-drena''.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow