Id-Dipartiment tas-Sahha jerga jikteb lil MUMN dwar it-Team Midwifery
Qed nirriproducu l-korrispondenza mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lis-Segretarju tal-MUMN dwar Team Midwifery fl-Isptar San Luqa.
DH 229/96
16 ta' Lulju 1999
Is-Sur Colin Galea
Segretarju Generali - M.U.M.N.
Team Midwifery
Nirreferi ghall-fax tieghek fejn inti infurmajtni b'direttivi li l-Union tieghek tat lill-midwives bhala rejazzjoni ghat-tibdil li sar fil-kura tat-tqala.
Kif semmejt fl-ewwel ittra tieghi dwar dan is-suggett, ma nhossx li kien hemm htiega ta' konsultazzjoni mal-Union tieghek rigward din il-kwistjoni. Din il-kwistjoni tirrigwarda biss stil ta kura moghtija u bl-ebda mod ma teffettwa l-kundizzjonijiet ta' xoghol, jew drittijiet tal-midwives li jahdmu fid-Divizjoni. Nahseb li l-prattika ta' tmexxija moderna taghraf li hemm irwoli li huma responsabbilta tal-management u orhrajn li jappartjenu lill-Unions. Hija prerogattiva tad-Divizjoni li tiddeciedi x'servizzi toffri u kif twassal dawn is-servizzi. Ma hemm lok ghall-ebda involviment ta Union fil-wasla ghal dawn id-decizzjonijiet. Inhoss li zammejt il-Union tieghek infurmata b'kull ma sar, u dalghodu stess gharraftek bid-decizjonijiet purament manigerjali u klinici u l-bazi li fuqhom ittiehdu. Inhoss li inti ferm ingust li takkuzani li injorajt il-Union tieghek f'din il-kwistjoni.
Tajjeb li nerga nfakkrek li raguni ewlenija ghaliex twaqqaf is-servizz ta' Team Midwifery kienet biex l-ommijiet kollha li jattendu l-antenatal clinic fl-isptar Karen Grech u mhux biss dawk li kienu jattendu that il-progett tat-Team Midwifery, ikunu jistghu jibbenefikaw mis-servizz professjonali ta' midwife. Barra minn hekk iwassal ukoll biex il-kura tal- ommijiet tinghata minn team multidixxiplinarju kif isir fi sptarijiet moderni. Ghalhekk inhoss li d-direttivi tal-Union tieghek mhux biss mhumiex gustifikati, izda ser iwasslu biex l-ommijiet ma jkollhomx is-servizz professjonali u mixtieq. Inhoss li dan l-agir imur kontra l-interessi tal-ommijiet u ghaldaqstant nikkunsidrah mhux etiku.
Filwaqt li nitolbok li tirtira b'effett immedjat id-direttivi moghtija, ngharrfek li ser nzommok responsabbli ghal xi nuqqas ta' kura jew periklu li jistghu isofru l-ommijiet jew it-trabi.Ngharrfek ukoll li se niehu l-passi kollha mehtiega biex nisgura li l-ommijiet u t-trabi kollha jircievu l-ahjar kura, kif jixirqilhom.
Dr R. Busuttil
Direttur Generali.
Kopja: Ministru tas-Sahha
Segretarju Permanenti
Direttur Sptarijiet
Director Nursing Services
Manager Midwifery Services.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN