Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi jiltaqa' ma' l-atleti li irrapprezentaw lil Malta fl-Olimpjadi Specjali

PR1118
Date Icon 16/07/1999

L-erba' atleti Maltin li ppartecipaw fl-Olimpjadi Specjali li saru gewwa North Carolina, illum ghamlu zjara lill- Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi. Filwaqt li qasmu l-esperjenzi taghhom, l-atleti Maltin urew is-sodisfazzjoni taghhom ghar-rizultati tajba miksuba minnhom f'dawn l-Olimpjadi. Huma hadu l-okkazjoni sabiex jirringrazzjaw lill-coaches u lill-familjari taghhom ta' l-appogg u l-ghajnuna li tawhom.

Fid-diskors tieghu l-Ministru Gonzi ferah lil dawn l-atleti mhux biss tar-rizultati li gabu, imma fuq kollox tal-fatt biss li ppartecipaw u impenjaw ruhhom sabiex jitharrgu u jinvolvu ruhhom fil-kamp sportiv. Il-Ministru Gonzi rrefera ghall-politika tal-Gvern fil-qasam tad-dizabilita', politika li huwa qal ghandha tiffoka fuq zewg principji importanti.

L-ewwel principju li semma kien il-principju tal-opportunitajiet indaqs. Huwa qal li fis-socjeta' maltija hemm bzonn li tkompli titrawwem kultura li ma thalli 'l hadd barra, kultura li permezz taghha kulhadd ihossu ugwali u kulhadd ihoss li ghandu sehem importanti x'jaghti fis-socjeta'. F'dan il-kuntest, il-Ministru Gonzi habbar li l-Ligi ta' l-Opportunitajiet Indaqs ser tigi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-granet li gejjin. Huwa qal li din il-ligi ghandha sinifikat importanti ghaliex tipprovdi l-qafas legali li jiggarantixxi dan il-principju daqshekk importanti.

It-tieni principju li fuqu qed jimxi l-Gvern fil-qasam ta' persuni b'dizabilita' huwa li aktar milli jhares lejn x'persuna ma jistax jaghmel minhabba d-dizabilita' tieghu, l-Gvern irid jiffoka fuq l-abilitajiet u l-kapacitajiet li kull individwu, ghandu jew m'ghandux dizabilita', ghandu x'joffri lis-socjeta' Maltija. L-esperjenza ta' dawn l-erba' zghazagh hija ezempju car u prattiku ta' kif din il-politika tista' tithaddem fil-konkret u b'success. Huwa qal li dan hareg car ukoll waqt l-Olimpjadi nfushom meta l-President tal-Olimpjadi hareg bil-motto: if you want to label me, label me able.

Filwaqt li ferah ghal darba ohra lil dawn l-erba' atleti, il-Ministru Gonzi heggeg sabiex aktar persuni jithajru u jimpenjaw ruhhom fil-kamp sportiv. Huwa ferah ukoll lill-coaches u lill-familjari ta' dawn l-atleti ghad-dedikazzjoni u l-appogg li wrew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow