Prezentazzjoni ta' Warrants lil Inginiera
Bħalissa f' Malta hawn 598 persuna b'warrant ta' in'inier, li jinkludu 29 mara.
Dawn jikkonsistu f'288 mechanical engineer u 308 electrical engineers.
Dan sar magħruf dalgħodu meta l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech ippreżenta l-warrant lil 84 in'inier, fosthom seba' nisa. Hu ppreżentalhom ukoll kopja tal-Kodiċi ta' Etika li kien sar biex tkun regolata l-professjoni ta' l-in'iniera f'Malta. Fil-fatt, dan il-Kodiċi stabbilixxa, fost l-oħrajn, id-doveri li l-in'iniera għandhom lejn is-soċjet'?, lejn il-professjoni tagħhom, lejn sħabhom, lejn dawk li jimpjegawhom u lejn il-klijenti tagħhom.
Il-warrants lill-in'iniera bdew joħor'u fl-1993, wara li fl-1988 il-Gvern kien ta għarfien uffiċjali bħala professjoni lill-qasam ta' l-in'iniera f'Malta permezz ta' l-Att dwar il-Professjoni ta' l-In'iniera, li zgura li l-in'iniera li għandhom il-warrant i'orru r-responsabbilt'? tal-kwalit'? u s-serjet'? li l-konsumatur bi dritt illum jistenna.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li permezz ta' miżuri bħal dawn flimkien max-xogħol li sar mill-Bord ta' l-In'inerija, anki f'koperazzjoni mal-Kamra ta' l-In'iniera Professjonali, iddaħħlet aktar serjet'? u żdiedu r-responsabbiltajiet għal min jipprattika din il-professjoni, b'mod partikolari fejn tidħol is-sigurt'? fuq il-ħajja u s-saħħa, kif ukoll fir-rigward ta' l-ambjent.
Hu semma li bħalissa qed ikunu kunsidrati proposti 'odda minn naħa tal-Kamra ta' l-In'iniera Professjonali biex jissaħħaħ aktar il-Kodiċi ta' Etika ħalli tidħol aktar dixxiplina, l-aktar wara xi inċidenti li seħħew f'dawn l-aħħar xhur f'postijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, tħejja wkoll abbozz ta' regolamenti 'odda.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-koperazzjoni sħiħa li qed ikun hemm bejn il-Bord ta' l-In'inerija u l-Fakult'? ta' l-In'inerija fl-Universit'? ta' Malta, b'mod partikolari fi żmien meta l-professjoni ta' l-in'inerija m'għadhiex tikkonsisti biss fil-mechanical u l-electrical, iżda wkoll dawk involuti fl-informatika. Hawn, il-Ministru għall-Ambjent semma li f'dawn l-aħħar tmien snin din il-Fakult'? pproduċiet 431 in'inier (mechanical u electrical), fosthom 41 mara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN