Left arrow Go Back

Wara konsultazzjoni wiesgha, inkluz tahdidiet mal-Korpi Kostitwiti u fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku, il-Gvern wasal ghal skeda tat-tnehhija tat-taxxa tal-levies fuq ghadd ta` prodotti importati. It-tnehhija hija mqassma fuq tlett listi

PR1114
Date Icon 16/07/1999

Wara konsultazzjoni wiesgha, inkluz tahdidiet mal-Korpi Kostitwiti u fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku, il-Gvern wasal ghal skeda tat-tnehhija tat-taxxa tal-levies fuq ghadd ta` prodotti importati.

It-tnehhija hija mqassma fuq tlett listi ta' prodotti. It-taxxa tal-levies fuq l-ewwel lista ta` 56 prodott titnehha fl-1 ta' Ottubru 1999. It-taxxa fuq it-tieni lista ta' 121 prodott titnehha fl-1 ta` Jannar 2000. It-tnehhija tat-taxxa tal-levies fuq it-tielet lista hi mqassma fi tlett stadji b'20% tal-levies prezenti jitnehhew fl-1 ta' Jannar 2001. Fl-1 ta' Jannar 2002 titnehha 30% ohra tat-taxxa prezenti, biex b'hekk tkun tnaqqset 50% tat-taxxi tal-levies. Il-bqija tat-taxxa titnehha fl-1 ta` Jannar 2003, b'hekk sal-bidu tas-sena 2003 it-taxxa tal-levies tkun tnehhiet kollha ghajr ghall-prodotti ta' l-agrikoltura u diversi prodotti ta' l-agro-industry. Fuq prodotti Maltin agrikoli hemm taxxa tad-dhul fl-Ewropa. Dment li din it-taxxa tibqa' imposta fuq prodotti Maltin fl-Ewropa, it-taxxa fuq prodotti Maltin esportati lejn l-Ewropa tibqa' ukoll.

Il-Gvern wasal ghat-tnehhija tal-levies wara tahdidiet u wara li studja l-qaghda ta' ghadd ta' industriji Maltin.

Fil-fatt l-ewwel li ser jitnehhew huma fil-parti l-kbira il-levies fuq dawk il-prodotti li llum diga' jgawdu minn ezenzjoni ad hoc tat-taxxa tal-levies. Il-Gvern ha wkoll konsiderazzjoni ta' l-impatt li t-tnehhija tat-taxxa ser ikollha fuq l-Industrija Maltija, inkluz l-impatt fuq l-impjiegi u l-haddiema li jahdmu f'dawn l-industriji. Il-Programm li gie imfassal huwa wiehed li bl-ghajnuna ta` l-IPSE marbuta mar-ristrutturizzazzjoni, il-kumpaniji involuti jistghu jtejbu l-kwalit'? tal-prodotti taghhom biex mhux biss jikkompetu ahjar, imma ukoll isibu swieq godda barra minn Malta. B'hekk, it-tnehhija tal-levies trid titqies bhala pass iehor fil-programm ta' liberalizzazzjoni li jwassal biex il-pajjiz igawdi minn zvilupp ekonomiku b'nuqqas ta' taxxa tal-levies fuq hafna prodotti tal-konsum u titjieb il-kompetittivit'? u l-livell ta' l-ghixien tal-poplu Malti kollu.

Fl-istess hin dan l-ezercizzju iwassal biex prodotti li ahna nesportaw u li ma hemmx taxxa fuqhom mill-U.E. jibqghu igawdu minn access shih ghas-suq taghhom li minnu jiddependi l-ghixien ta` eluf ta' haddiema fis-settur tal-manifattura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow