Left arrow Mur Lura

Attivitajiet ghat-tfal tar-refugjati Kosovari li hawn f'Malta

PR1110
Date Icon 15/07/1999

Bhala turija ta' solidarjeta mal-vittmi tal-gwerra fil-Balkani is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern qed jorganizza ghadd ta' attivitajiet ghat-tfal tar-refugjati mill-Kosovo li hawn Malta. Dawn it-tfal, 18 subien u 12 bniet, li l-eta taghhom tvarja bejn it-3 u l-15-il sena, bhalissa qed jghixu ma' ghadd ta' familji Maltin, sakemm fil-futur jigu ripatrijati f'pajjizhom.

Fost l-attivitajiet imhejjija mis-Segretarjat hemm zjarat fir-Razzett tal- Hbiberija, Playmobile Fun Park, Splash & Fun, McDonalds, Rinella Movie Park, General Soft Drinks, Cruise fuq il-Captain Morgan u zjara fil-Birrerija ta' Farsons fejn it-tfal ser jaraw il-produzzjoni ta' xorb mhux alkoholiku. Bhalissa qed isiru preparamenti biex it-tfal jittiehdu ghal zjara ta' jumejn f'Ghawdex. Dawn l-arttivitajiet kollha qed ikunu offruti b'xejn mid-ditti u azjendi msemmija.

Waqt dawn iz-zjarat it-tfal Kosovari ser jinghataw ghadd ta' rigali li gentilment inghataw minn ghadd ta' ditti lokali. Dawn jinkludu Ciancio Ltd., Virgin Mega Store, Merlin Bookshop, McNeil Ltd., V & F Portelli, Law. Quintano, J.M Agius Watches, Consolidated Biscuits, Golden Gate Ltd., Forestalls, Brandstatter, McDonalds, Razzett tal-Hbiberija u The Model Shop.

Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino illum zar il-Playmobil Fun Park fejn it-tfal Kosovari kienu qed iqattghu nofs ta' nhar. F'kelmtejn, is-Segretarju Parlamentari qal li issa li l-gwerra fil-Balkani intemmet, qed isiru negozjati biex ir-refugjati jmorru lura f'pajjizhom kemm jista' jkun malajr. Bhalissa ghaddejin tahdidiet biex jithejjew progetti fil-Kosovo biex jigi accertat li meta ir-refugjati jmorru lura f'pajjizhom dawn ikunu jistghu jibdew jghixu kemm jista' jkun hajja normali.

Is-Segretarju Parlamentari fl-ahhar irringrazzja lil dawk id-ditti li offrew l-ghajnuna taghhom biex iz-zjara f'pajjizna ta' dawn it-tfal setghet tkun iktar pjacevoli u jhossu inqas it-trawma li ghaddew minnha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow