Youth for Drama 1999
Kif imhabbar mis-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett ftit tal-gimghat ilu, is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ser jaghti bidu ghal progett "Youth for Drama". Il-ghan ta' dan il-progett huwa li jippromwovi d-drama fost iz-zghazagh. Erba' gruppi ta' zghazagh qed jigu mghejjuna mis-Segretarjat biex itellghu produzzjonijiet teatrali matul ix-xhur tas-sajf, f'diversi lokalitajiet.
Peress li dan il-progett qieghed isir ghall-ewwel darba kien mahsub li minflok issir sejha ghal l-applikazzjonijiet jinghazlu gruppi biex iservu ghall-progett bhala pilota.
Il-gruppi li gew mistiedna jippartecipaw fil-progett ta' din is-sena huma Mosta Youth Theatre, Grupp Zghazagh Bormlizi, studenti mill-Iskola ta' St. Patrick's Sliema u studenti mill-Iskola tad-Drama. Madwar 100 zaghzugh u zaghzugha se jiehdu sehem f'din l-inizjattiva. Dan il-progett huwa mmirat li jibqa' jsir kull sena. Ghalhekk, wara li ssir evalwazzjoni ta' kif gie milqugh mill-pubbliku generali, huwa mahsub li s-sena d-diehla ssir sejha ghall-applikazzjonijiet minn gruppi ta' zghazagh li jkunu nteressati jippartecipaw f'dan il-progett.
Dettalji tal-produzzjonijiet li se jippartecipaw f'dan il-progett huma:
L-Erbgha 21 ta' Lulju
Teatru tat-Triq - L-Avventuri ta' Don QuixoteMill-Mosta Youth Theatre
Pjazza tal-Mosta, fis-7.30 pm.
Il-Hamis 29 ta' Lulju
Drama - Bejn Art u Sema, Bejn Xebgha u Xarba u Il-Pupazzi ta' Hansel u GretelMinn studenti ta' St. Patrick's School, Sliema, fid-9.00 am
Il-Hamis 5 ta' Awissu
Drama - Il-Problema u Dawn x'ikunu ?Minn studenti ta' St. Patricks School, Sliema, fid-9.00 am.
It-Tnejn 9 ta' Awissu
Teatru Forum - Hemm Xoghol ghaz-Zghazagh?Teatru Grieg, Gnien il-Kunsill (Playing field), Zabbar, fit-8.00 pm.
L-Erbgha 11 ta' Awissu
Teatru Forum - Hemm Xoghol ghaz-Zghazagh?Teatru Grieg, Pjazza 7 ta' Lulju, Santa Lucija, fit-8.00 pm.
Il-Gimgha 13 ta' Awissu
Teatru Forum - Hemm Xoghol ghaz-Zghazagh?Teatru Grieg, Gnien De La Cruz, Vjal De La Cruz, Qormi, fit-8.00pm.
L-Erbgha 18 ta' Awissu
Teatru tat-Triq - In-Nofsinharminn Grupp Zghazagh Bormlizi
Bieb Verdala, Triq Alessandra, Bormla, fit-8.00 pm
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN