Ikompli t-tindif ta' qiegh il-bahar
PR1108
15/07/1999
Il-kampanja Ghal Bahar Aktar Nadif, organizzata kull sena mill-Ministeru ghall-Ambjent, se tkompli ghada l-Gimgha, wara nofs in-nhar, fil-Bajja ta' Marsaskala.
Diversi ghaddasa se jibdew inaddfu qiegh il-bahar ghall-habta tal-5.30 p.m. L-operazzjoni se titmexxa minn hdejn il-pitch tal-waterpolo.
Waqt din l-attivit'?, li ghandha l-iskop li tkompli tqajjem kuxjenza nazzjonali dwar il-htiega li nzommu l-bahar nadif, jitqassmu flokkijiet bil-logo ta' din il-kampanja, filwaqt li ghadd ta' tfal li jattendu l-Fondazzjoni Eden se jittiehdu dawra fuq il-bahar fuq il-Pupilla, li tintuza f'hidma kontra t-tniggiz tal-bahar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN