L-ewwel fazi tac-Centru Nazzjonali ta' l-Arti ser tigi inawgurata din is-sena
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, f'laqgħa li kellu mal-Kunsill u membri ta' l-Association of General Retailers and Traders (GRTU), ħabbar li l-ewwel fażi taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti, li tikkonsisti fl-iżvilupp ta' St James Cavalier f'ċentru ta' l-arti u kultura, se tkun inawgurata fil-31 ta' Diċembru li 'ej.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern jirrikonoxxi fil-GRTU għaqda li tieħu fiha firxa ta' negozji żgħar li huma s-sinsla ta' l-ekonomija tal-pajjiż.
Filwaqt li iddeskriva l-laqgħa bħala esperjenza pożittiva, hu qal li jemmen li fiż-żminijiet tal-lum il-qofol tas-suċċess fil-futur għandu jkun il-kunċett ta' sħubija bejn il-Gvern u s-settur privat.
Dwar id-diversi pro'etti li l-Gvern qed jaħdem fuqhom il-Ministru Zammit Dimech irrapporta progress sostanzjali fin-negozjati u diskussjonijiet li qed isiru mal-promoturi.
Fir-rigward tal-Pro'ett tal-Kottonera hu qal li minkejja li l-pro'ett tkabbar ferm aktar minn kif kien ori'inarjament, in-negozjati kienu konklużi skond il-mira tal-Gvern ta' sitt xhur, u issa di''? wieħed mill-konsorzji ressaq l-outlinedevelopment application quddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, filwaqt li l-konsorzju l-ieħor wasal ukoll biex iressaq l-applikazzjoni tiegħu. Il-Ministru Zammit Dimech esprima t-tama li x-xogħol fuq dan il-pro'ett ikun inbeda sa tmiem is-sena.
Dwar il-pro'ett ta' Manoel Island u Tign'?, li se jinvolvi investiment ta' madwar Lm140 miljun, il-Ministru għall-Ambjent semma li kienu konklużi d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-konsorzju MIDI u esprima t-tama li qabel tmiem is-sena titressaq ir-riżoluzzjoni quddiem il-Parlament.
Hu semma d-diffikultajiet li kien għad hemm pendenti fir-rigward ta' dan il-pro'ett, inklużi dawk marbuta ma' 60 każ ta' vacant possession, li jinkludu każi ta' residenti li riedet tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva u ta' negozji u intrapriżi li joperaw f'Manoel Island.
Il-Ministru Zammit Dimech esprima t-tama li anki fir-rigward ta' dan il-pro'ett, ir-riżoluzzjoni quddiem il-Parlament titressaq wara l-vaganzi tas-sajf, b'kuntratt li se jinkludi lista sħiħa ta' dokumenti kif ukoll b'outline development permit di''? approvat mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar. Hu semma wkoll li d-Direttorat ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar di''? aċċetta d-dokumentazzjoni ta' l-environment impact assessment marbut ma' dan il-pro'ett.
Dwar il-pro'ett taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti, il-Ministru Zammit Dimech qal li x-xogħol f'St James Cavalier miexi b'rittmu mgħa''el u din il-fażi tal-pro'ett mistennija tkun inawgurata fl-aħħar jum ta' din is-sena. Fir-rigward tal-kumplament tal-pro'ett ta' Bieb il-Belt, hu qal li l-Gvern irid li jinvolvi wkoll lill-privat. Il-Gvern se jerfa' r-responsabbilt'? li jagħmel id-disinji hu u l-privat se jkun jista' jagħmel dak li jappertjeni lilu.
Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll il-progress li sar dwar il-cruise-linerpassenger terminal fil-Port il-Kbir u l-pro'ett tal-port fiċ-Ċirkewwa.
B'riferenza għall-problema ta' l-iskart, il-Ministru Zammit Dimech qal li hu ippjanat li sa tmiem din is-sena jkunu ippubblikati l-istrate'ija dwar l-immani''jar ta' l-iskart u l-pjan ta' implimentazzjoni.
Hu semma wkoll li t-Taqsima tax-Xogħlijiet flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq se jniedu programm ta' tindif u tisbiħ ta' toroq prinċipali, kif ukoll li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħri' flimkien mal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini se jagħmlu stħarri' xjentifiku dwar is-snajja' fil-qasam tal-kostruzzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN