Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Intern iniedi Life Guard Services f'diversi xtut

PR1096
Date Icon 12/07/1999

Il-Ministru tal-Intern Dr Tonio Borg nhar is-Sibt li ghadda nieda l-Life Guard Services 1999. Dan huwa progett tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili b'kollaborazzjoni mal-Ghaqdiet non-Governattivi u huwa servizz li joffri l-ewwel ghajnuna f'kaz ta' emergenza fil-bahar.

Il-Gven beda jghaddi aktar ghajnuna finanzjarja lill-ghaqdiet volontarji. L-organizzazzjonijiet li qed joffru l-ghajnuna taghhom huma l-Organizzazzjoni Maltija tas-Salib l-Ahmar, is-St. John's Rescue u s-St. John's Ambulance.

Il-Ministru Borg qal li m'hix l-intenzjoni tal-Gvern li jiehu post l-ghaqdiet volontarji, izda huwa necessarju li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-NGO's jahdmu id f'id.

Il-medium size fire and rescue vessel Garibaldi, matul ix-xhur tas-Sajf qed jkun sorgut ix-Xemxija sabiex jekk ikun hemm bzonn jintervjeni f'incidenti li jistghu jinqalghu fuq il-bahar fin-naha ta' fuq ta' Malta matul dan is-Sajf.

Din is-sena s-servizz tal-Life Guard se jkopri aktar bajjiet li huma Ghajn Tuffieha, Pretty Bay, B'Bugia, l-Ghadira, l-Armier u Ghawdex. Is-servizz f'Ghawdex kien possibbli permess ta' hmistax-il voluntier Taljan li qed joffru s-servizzi taghhom fil-gzira Ghawdxija matul dan is-Sajf b'kollaborazzjoni ma' voluntieri Maltin u Ghawdxin.

Dan is-servizz jigi offrut nhar ta' Sibt u nhar ta' Hadd, kif ukoll nhar ta' Tnejn meta hafna familji jmorru gurnata bahar l-ghada tal-festa tar-rahal taghhom.

Apparti d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, l-Gvern ghandu l-intenzjoni li johloq Kunsill ghall-Volontarjat biex ix-xoghol ikun ko-ordinat ahjar. Il-Ministru tal-Intern qal ukoll li hemm bzonn li l-pajjiz ikollu pjan ta' kontingenza ghall-kazi kbar ta' emergenza.

Is-servizz bhalissa qed jopera minn containers li gew konvertiti mid-Dipartiment fi kmamar fuq il-bajja mghammra bit-taghmir kollu li wiehed ikun jehtieg f'operazzjonijiet ta' salvatagg. Il-Ministru wera t-tama tieghu li s-Sajf li gej jitlestew kmamar bl-arja kundizzjonata li jiehdu post il-containersminn fejn qed jopera s-servizz ezistenti.

Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi rringrazzja lil dawk kollha li qed jaghtu sehemhom f'dan is-servizz.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow