L-Onor. Edwin Vassallo dwar il-htiega li n-negozjant ikun iktar qrib l-Agenziji li jistghu joffrulu servizz
"Irridu lin-negozjant ikun organizzat biex ikun aktar qrib l-agenziji li jistghu jaghtuh incentivi. L-I.P.S.E. u L-M.E.T.C.O. ghadhom mhumiex maghrufin bizzejjed min-negozjant u l-industrijalist li mhux organizzat. Ghalhekk jistghu ma jibbenifikawx minnhom kif ser jaghmlu ohrajn organizzati" Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlmentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, f'laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta' Haz-Zebbug. Ghal laqgha kien hemm prezenti wkoll il-Manager tal-Mid-Med Bank ta' Haz Zebbug u diversi negozjanti mil-lokal.
"Ghaldaqstant bi hsiebna naghmlu skemi sabiex inressqu in-negozjant ghand l-I.P.S.E. u l-M.E.T.C.O. u dan ser naghmluh bl-ghajnuna tal-Kunsilli Lokali u l-Banek Kummercjali. Kull min hu protett mill-levies ghandhu jgharraf lilu nnifsu lil I.P.S.E. In-negozjant u l-industrijalist iz-zghir ma jistax jibqa' jibza minn dawn l-agenziji li qeghdin hemm biex joffru servizz. B'hekk irid isir sforz kollettiv biex kull min ghandu dritt ghal ghajnuna tinghatalu" kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.
"Negozjant organizzat mhux biss ser ikun f'pozizzjoni li jibbenifika mill-incentivi u fondi li jinghataw, izda ser igawdi mill-opportunitajiet ta' kummerc li jinholqu mit-tnehhija tal-levies. L-isfida tat-tnehhija tal-levies ser twassal ghall-liberalizzazzjoni tas-suq. Il-liberalizzazzjoni tas-suq ser tfisser rohs fuq firxa ta' prodotti u sfida ghal holqien ta' impjiegi godda bhala risposta ghal x'jista' jigri meta titnehha l-protezzjoni tal-levies" temm ighid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN