Left arrow Mur Lura

Id-Dipartiment tas-Sahha jwiegeb lil MUMN dwar Team Midwifery

PR1082
Date Icon 09/07/1999

Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra mibghuta mid-Direttur Generali (Sahha) lis-Sur Colin Galea, Segretarju Generali tal-MUMN

TEAM MIDWIFERY

B'riferenza ghall-ittra tieghek datata 7 ta' Lulju 1999, fuq is-suggett hawn fuq imsemmi.

Qabel mal-Union tieghek tasal biex tiddeciedi l-passi li ghandha tiehu fuq din il-kwistjoni, jkun ghaqli li jigu ezaminati l-fatti kollha b'mod oggettiv.

Il-progett pilota ta' team midwifery inbeda xi snin ilu u kellu l-appogg tad-Direttur ta' l-Ostetrija u xi konsulenti fid-Dipartiment. It-thaddim ta' dan il-progett ghalhekk kien jiddependi fuq kemm il-konsulent, li fl-ahhar mill-ahhar ghandu r-responsabbilta' assoluta ghall-kura ta' pazjenti fi hdan is-servizz, kien lest li jiddelega l-kura ta' l-omm f'idejn dan it-Team. Mill-informazzjoni li ghandi jirrizulta li ghalkemm kien hemm ftehim li l-qwiebel kellhom jaghmlu evalwazzjoni regolari tas-sistema, dan ma sarx. Barra minn hekk bdew jirrizultaw lid-Dipartiment kazi fejn il-konsulent responsabbli ma kienx qed jigi infurmat jew konsultat fuq pazjenti li kienu qed jigu ammessi taht il-kura tieghu, bir-rizultat li naqset hafna il-koordinazzjoni tas-servizz. Aghar minn hekk, kien qed jigri li ftit pazjenti kellhom l-attenzjoni kontinwa ta' qwiebel waqt il-hlas, waqt li ohrajn ma kellhomx dan is-servizz. Irrizultat wkoll id-differenza fil-kwalit'? tas-servizz li l-ommijiet kien qed ikollhom waqt il-hlas, ‘high risk' cases li qatt ma gew ezaminati minn specjalista fil-frekwenza li kien jitlob il-kaz u pazjenti li min ghalihom li l-ispecjalista jaf bihom u ma kien veru xejn.

Ghalkemm jiena nifhem li qabla ghandha warrant biex tipprattika bhala professjonist indipendenti, fi hdan din is-sistema ta' l-isptar taghna l-pazjenti kollha jidhlu taht il-kura u r-responsabbilta' tal-konsulent. Nerga' ntenni li din hija materja ta' natura klinika u filwaqt li lest li nesplora soluzzjonijiet possibli, ma nistax ma nhallix id-decizjoni finali f'idejn il-konsulenti klinici li kif diga' ghidt ghandhom ir-responsabbilta' finali ghall-kura tal-pazjenti li jinqdew fl-isptar.

Nista' nassigurak li qed jittiehdu l-passi kollha mehtiega biex jinholoq mudell li fih specjalisti tobba u qwiebel jahdmu tassew bhala team.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow