Left arrow Mur Lura

Zewg kuncerti f'24 siegha f'Ghawdex

PR1080
Date Icon 09/07/1999

Ghal darba ohra l-Kumitat tac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex qed jorganizza zewg kuncerti ohra f'Ghawdex il-gimgha d-diehla.

Nhar it-Tlieta 13 ta' Lulju 1999, il-Kwartett ta' Sassafonisti mill-Italja ser jaghtu kuncert fis-San Lawrenz Leisure Resort. Il-kwartett li ghalih Ennio Morricone, Vittorio Fellegara, Ada Gentile u Franco Mannino kitbu xogholijiet partikulari, ser idoqqu siltiet minn Gioachino Rossini, George Gershwin u Ennio Morricone fost ohrajn. Dan il-kuncert qed jittella' bil-kollaborazzjoni ta' l-Istitut Kulturali Taljan u tal-management ta' San Lawrenz Leisure Resort.

L-Erbgha 14 ta' Lulju, il-faccata majestuza u unika tal-Knisja ta' l-Gharb ser isservi bhala xenarju ghall-Orkestra Mediterranja taz-zghazagh li din is-sena qed ticcelebra il-hmistax-il anniversarju taghha. Il-muzicisti li ser jiehdu sehem f'Ghawdex jikkonsistu b'brass quintet, wind quintet u clarinet u string quintet flimkien ma muzika mill-Lvant. Dan il-kuncert ser jittella' bil-kollaborazzjoni tad-Delegazzjoni tal-EU f'Malta u d-dhul ta' Lm1 ikun b'risq tal-Gozo Respite Centre.

Iz-zewg kuncerti ser jibdew fid-9.00pm u bookings ghal dawn il-kuncerti jistghu jsiru jew mill-Ministeru ghal Ghawdex jew inkella fuq in-numru 562741.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow