Zewg kuncerti f'24 siegha f'Ghawdex
Ghal darba ohra l-Kumitat tac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex qed jorganizza zewg kuncerti ohra f'Ghawdex il-gimgha d-diehla.
Nhar it-Tlieta 13 ta' Lulju 1999, il-Kwartett ta' Sassafonisti mill-Italja ser jaghtu kuncert fis-San Lawrenz Leisure Resort. Il-kwartett li ghalih Ennio Morricone, Vittorio Fellegara, Ada Gentile u Franco Mannino kitbu xogholijiet partikulari, ser idoqqu siltiet minn Gioachino Rossini, George Gershwin u Ennio Morricone fost ohrajn. Dan il-kuncert qed jittella' bil-kollaborazzjoni ta' l-Istitut Kulturali Taljan u tal-management ta' San Lawrenz Leisure Resort.
L-Erbgha 14 ta' Lulju, il-faccata majestuza u unika tal-Knisja ta' l-Gharb ser isservi bhala xenarju ghall-Orkestra Mediterranja taz-zghazagh li din is-sena qed ticcelebra il-hmistax-il anniversarju taghha. Il-muzicisti li ser jiehdu sehem f'Ghawdex jikkonsistu b'brass quintet, wind quintet u clarinet u string quintet flimkien ma muzika mill-Lvant. Dan il-kuncert ser jittella' bil-kollaborazzjoni tad-Delegazzjoni tal-EU f'Malta u d-dhul ta' Lm1 ikun b'risq tal-Gozo Respite Centre.
Iz-zewg kuncerti ser jibdew fid-9.00pm u bookings ghal dawn il-kuncerti jistghu jsiru jew mill-Ministeru ghal Ghawdex jew inkella fuq in-numru 562741.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN