Diskussjoni informattiva dwar l-Unjoni Ewropea fil-Padiljun ta' Malta: Drittijiet u Dmirijiet
"Drittijiet u Dmirijiet" kienet it-tema tad-diskussjoni li ttellghet fil-Padiljun ta' Malta, fil-Fiera Internazzjonali fin-Naxxar, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Lulju. Dawn id-diskussjonijiet qegħdin jitrattaw aspetti differenti dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal shubija fl-Unjoni Ewropea. Il-kelliema għal din id-diskussjoni kienu is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, Dr. Michael Falzon, is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Jason Azzopardi, il-Viċi Chairperson ta' l-Alternattiva Demokratika, Dr. Arnold Cassola, u Dr. Michael Frendo li kien il-kelliem ewlieni. Id-diskussjoni tmexxiet mis-Sur Manuel Delia.
Il-kelliema semmew eżempji ta' drittijiet u dmirijiet li Malta jkollha bħala membru fl-Unjoni Ewropea. Dawn id-drittijiet u dmirijiet huma ta' natura politika, ekonomika u soċjali. Il-kelliema qablu illi kull dmir i'ib miegħu dritt u viċi-versa. '?alhekk għandna nħarsu lejn id-drittijiet u l-obbligi flimkien u nagħmlu 'udizzju meqjus biex naraw x'jaqbel lil Malta, kemm illum kif ukoll għall-futur.
M'għandniex ngħidu li aħna favur jew kontra għaliex jgħid hekk il-partit tagħna. Hemm bżonn illi f'Malta nsibu kunsens fuq dawk l-aspetti illi huma ta' importanza nazzjonali, bħal din fuq l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-kelliema kollha qablu illi, biex id-deċiżjoni li nieħdu tkun waħda responsabbli, irridu ninsew l-emozzjonijiet u naraw verament x'jaqbel għal pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN